Il-Kunsill il-ġdid tal-Akkademja għas-snin 2019-2021

Inħatret is-Sa Ann Marie Schembri bħala Presidenta u hi l-ewwel mara li se tkun qed tmexxi l-Akkademja. Nawgurawlha. Nirringrazzjaw lill-membri li għoġobhom jattendu u jieħdu sehem fil-Laqgħa Ġenerali li saret illum f'Dar l-Ewropa. Grazzi lil Daniel Bezzina tar-ritratti. Agħfas hawn biex taqra r-rapport amministrattiv

L-Akkademja tal-Malti fuq il-kwistjoni bejn l-għalliema tal-Malti u l-Ministeru tal-Edukazzjoni

L-Akkademja tal-Malti turi d-dispjaċir tagħha li l-kwistjoni bejn l-għalliema tal-Malti u l-Ministeru tal-Edukazzjoni ma ngħalqitx, bir-riżultat li hemm inċertezzi fuq l-eżamijiet annwali tal-Malti fl-iskejjel statali medji u sekondarji. L-Akkademja tinnota li fil-kwistjoni hemm ukoll l-għalliema tal-Matematika u l-eżamijiet ta’ dan is-suġġett.  L-Akkademja temmen fix-xogħol imprezzabbli li jagħmlu l-għalliema tal-Malti u tħeġġeġ lill-awtoritajiet biex isibu soluzzjonijiet meħtieġa …