L-azzjoni biex tintuża t-tipa Maltija fir-Reġistru Pubbliku għadha ma tteħditx

It-tieni tfakkira mill-Akkademja tal-Malti

B’referenza għall-artiklu li deher fis-Sunday Times of Malta tal-20 ta’ Settembru 2020 li fiha ċittadin xtaq jirreġistra l-isem ta’ bintu li fih l-ittra “ż”, l-Akkademja tal-Malti tfakkar lis-Segretarju Parlamentari l-Onor. Alex Muscat, li huwa responsabbli mir-Reġistru Pubbliku, biex jieħu passi minnufih u jsolvi din il-problema mill-aktar fis.

L-Akkademja kienet diġà ppubblikat stqarrija uffiċjali bl-isem “Ir-Reġistrazzjoni tal-Ismijiet ta’ Wliedna bil-Malti” erba’ xhur ilu. Ftit ġranet wara, l-Onor. Muscat kien wiegħed li din il-kwistjoni kellu jsolviha ma jdumx.

Intant, għadna qed nistennew.

Il-Kunsill

29.09.2020


Ħalli kumment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.