Intervista ma’ VICTOR FENECH; jitkellem dwar l-iżvilupp tiegħu bħala kittieb, jiddiskuti kif u għaliex beda jikteb u xi xkiel iltaqa’ miegħu mill-Moviment Qawmien Letterarju sal-lum. Din l-intervista tiffoka wkoll fuq żmienu l-Ingilterra, fuq il-poeproża li hu l-pijunier tagħha u fuq il-protesta fil-poeżiji tiegħu, partikolarment b’rabta mal-ambjent.
Dan huwa proġett bi sħab bejn id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta u l-Akkademja tal-Malti.
Intervista ma’ RENA BALZAN; titkellem dwar l-iżvilupp tagħha bħala kittieba mara f’letteratura tradizzjonalment maskili. Tiddiskuti kif u għaliex bdiet tikteb u xi xkiel iltaqgħet miegħu mis-sittinijiet sal-lum. Din l-intervista tiffoka wkoll fuq l-irwol tax-xjenza f’ħajjet Balzan u kif din għenitha jew xekklitha fil-kitba.
Dan huwa proġett bi sħab bejn id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta u l-Akkademja tal-Malti.
Intervista ma’ Philip Sciberras jitkellem dwar l-iżvilupp tiegħu bħala kittieb, jiddiskuti kif u għaliex beda jikteb u xi xkiel iltaqa’ miegħu mill-Moviment Qawmien Letterarju sal-lum. Din l-intervista tagħti ħarsa kemm lejn il-ħafna influwenzi artistiċi fuq il-kitbiet ta’ Sciberras kif ukoll lejn l-aspetti awtobijografiċi li huma preżenti fix-xogħlijiet ta’ dan l-awtur.
Dan huwa proġett bi sħab bejn id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta u l-Akkademja tal-Malti.
Intervista ma’ Paul P. Borg; jitkellem dwar l-iżvilupp tiegħu bħala kittieb, jiddiskuti kif u għaliex beda jikteb u xi xkiel iltaqa’ miegħu mill-Moviment Qawmien Letterarju sal-lum. Din l-intervista tiffoka wkoll fuq kif elementi bijografiċi, speċjalment it-tifkiriet tat-tfulija, jilagħbu rwol essenzjali fil-proċess ta’ kitba ta’ dan l-awtur.
Dan huwa proġett bi sħab bejn id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta u l-Akkademja tal-Malti.
Intervista ma’ Maria Grech Ganado; titkellem dwar l-iżvilupp tagħha bħala kittieba mara f’letteratura tradizzjonalment maskili. Tiddiskuti kif u għaliex bdiet tikteb u xi xkiel iltaqgħet miegħu mis-sittinijiet sal-lum. Hija tispjega kif, minkejja li trabbiet titkellem bl-Ingliż, tippreferi tuża l-Malti biex tikteb fuq esperjenzi personali. Din l-intervista tiffoka wkoll fuq il-protesta femminista, elementi mitoloġiċi, u kif kittieba barranin ħallew impatt fuq il-kitbiet ta’ Grech Ganado.
Dan huwa proġett bi sħab bejn id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta u l-Akkademja tal-Malti.
Intervista ma’ Oliver Friggieri; jitkellem dwar l-iżvilupp tiegħu bħala kittieb, jiddiskuti kif u għaliex beda jikteb u xi xkiel iltaqa’ miegħu mill-Moviment Qawmien Letterarju sal-lum. Din l-intervista tiffoka wkoll fuq kif tvarja l-kitba tiegħu minn ġeneru għal ieħor, fuq it-tifsira vera tal-poeżija u fuq kif l-iżviluppi fil-pajjiż jaffettwaw lill-kittieba.
Dan huwa proġett bi sħab bejn id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta u l-Akkademja tal-Malti.
Intervista ma’ Lillian Sciberras; titkellem dwar l-iżvilupp tagħha bħala kittieba mara f’letteratura tradizzjonalment maskili. Tiddiskuti kif u għaliex bdiet tikteb u xi xkiel iltaqgħet miegħu mis-sittinijiet sal-lum. Din l-intervista tiffoka wkoll fuq il-kitba tal-poeżija kemm bil-Malti u kemm bl-Ingliż kif ukoll il-preżenza ta’ elementi awtobijografiċi fil-kitbiet tagħha.
Dan huwa proġett bi sħab bejn id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta u l-Akkademja tal-Malti.
Intervista ma’ Trevor Żahra; jitkellem dwar l-iżvilupp tiegħu bħala kittieb, jiddiskuti kif u għaliex beda jikteb u xi xkiel iltaqa’ miegħu mill-Moviment Qawmien Letterarju sal-lum. Din l-intervista tiffoka wkoll fuq il-ġeneri li hu l-iktar magħruf għalihom bħal-letteratura għat-tfal, il-qarċilla, flimkien mal-irwol tal-umoriżmu u l-elementi awtobijografiċi fil-kitbiet tiegħu.
Dan huwa proġett bi sħab bejn id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta u l-Akkademja tal-Malti.
Intervista ma’ Oreste Calleja; jitkellem dwar l-iżvilupp tiegħu bħala kittieb, jiddiskuti kif u għaliex beda jikteb u xi xkiel iltaqa’ miegħu mill-Moviment Qawmien Letterarju sal-lum. Din l-intervista tiffoka fuq it-teatru: kif dan ivarja mill-ġeneri l-oħrajn u r-relevanza tiegħu llum. Calleja jitkellem ukoll dwar kif l-esperjenzi tiegħu jgħix barra minn Malta affettwaw il-kitbiet tiegħu.
Dan huwa proġett bi sħab bejn id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta u l-Akkademja tal-Malti.
Intervista mal-Presidenta tal-Akkademja, Ann Marie Schembri, imxandra fis-16 ta’ Ottubru 2019 fuq Radju Malta, fil-programm PAĠNI. Preżentazzjoni ta’ Maria Camilleri.