EspRimi

Għadha kemm ġiet reġistrata uffiċjalment Assoċjazzjoni ġdida bħala NGO bl-isem ta’ Assoċjazzjoni EspRimi. Din l-Assoċjazzjoni hi multidixxiplinali u volontarja mwaqqfa bil-għan “li tipproponi u tħeġġeġ l-espressjoni ta’ metodi ġodda u ħielsa tas-sentimenti u tal-aspirazzjonijiet tal-membri tagħha kif ukoll ta’ mistednin permezz ta’ kull forma ta’ arti, viżwal, letteratura, żfin, mużika, xjenza, eċċ.”

It-tnedija uffiċjali ta’ din l-Assoċjazzjoni se ssir nhar il-Ġimgħa, l-1 ta’ Settembru, 2017, ġewwa r-razzett tal-Markiż Mallia Tabona fil-Mosta bil-kortesija tas-Sur Joe Bartolo u sponsorjata minn Green MT. Il-ħin tat-tnedija huwa fis-7:30 ta’ filgħaxija. Għaliha se jattendi l-Onorevoli Dr Owen Bonnici, Ministru tal-Ġustizzja u Kultura bil-parteċipazzjoni tal-kantant folk Malti, Mario Debono u mistednin distinti oħra.

Bħala togħma tal-ħidma ta’ din l-Assoċjazzjoni, fit-tnedija minbarra indirizz mill-President tal-Assoċjazzjoni u indirizz mill-Ministru, se jkun hemm ukoll interventi qosra dwar, arti, letteratura, astronomija u ġbir ta’ skart. Fl-aħħar tas-serata, se jkun hemm riċeviment ċkejken għall-okkażjoni.

Id-dħul huwa b’xejn u kull min irid jattendi hu milqugħ bil-qalb u kulma għandu jagħmel huwa li jinforma lill-President tal-Assoċjazzjoni, Dr Emmanuel Attard Cassar jew permezz tal-mowbajl 99235906 jew jibgħat fuq l-indirizz elettroniku assocjazzjoniesprimi@gmail.com.

Kull min biħsiebu jattendi, huwa mitlub jagħmel dan mill-aktar fis minħabba l-loġistika u t-tħejjija tal-attività. Ħajr bil-quddiem tal-attendenza u l-appoġġ tagħkom.

Il-Kumitat

Posted in Uncategorized | 1 Comment

Midalja tad-deheb “Ġieħ L-Akkademja tal-Malti”

Reġa’ wasal iż-żmien li l-Akkademja tal-Malti tonora b’midalja tad-deheb lil dik il-persuna li tul ħajjitha tkun ħadmet bis-sħiħ u tat kontribut eċċezzjonali biex jiżdied l-interess fl-ilsien Malti u l-letteratura tiegħu.

Fil-jiem li ġejjin l-imsieħba tal-Akkademja tal-Malti  se jkunu qed jinnominaw dik il-persuna li fl-opinjoni tagħhom ħadmet għall-ilsien Malti u jixirqilha dan l-unur.

Il-midalja tingħata f’Jum l-Akkademja (14 ta’ Novembru 2017) mill-President ta’ Malta f’ċerimonja f’wieħed mill-palazzi tal-President u li għaliha jkunu mistiedna l-membri kollha flimkien mal-qraba tar-rebbieħ. F’ċirkustanzi eċċezzjonali, il-midalja tista’ tingħata lil aktar minn persuna waħda fl-istess ċerimonja, skont kif tiddeċiedi l-ġurija.

Il-ġurija hija magħmula mill-President tal-Akkademja, il-President tal-Kunsill tal-Malti u l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università.

Din l-onorifiċenza tnediet mill-Akkademja s-sena li għaddiet u l-ewwel midalja ngħatat lill-Prof. Oliver Friggieri. L-investitura saret mill-E.T. l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fis-Sala tat-Tron, fil-Palazz il-Belt.

Sergio Grech

Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi

18 ta’ Awwissu 2017

Posted in Uncategorized | 1 Comment

Taħt Sema Malti

Fl-edizzjoni ta’ nhar il-Ħadd, 20 ta’ Awwissu “Taħt Sema Malti” jagħti ġieħ lill-Akkademja tal-Malti u mal-mistieden Sergio Grech, li għadu kemm inħatar Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi, Charles Coleiro — li hu wkoll membru tal-Akkademja — jiddiskuti u janalizzaw flimkien il-ħidma li qed twettaq din l-“Omm l-Għaqdiet tal-Malti”. Jissemma’ wkoll leħen il-poplu dwar diffikultajiet li jitolbu aġġornament skont iċ-ċirkustanzi.

Mal-qwiel, l-idjomi u l-Ħaġa Moħġaġa din l-edizzjoni għandha tkompli tisħaq dwar il-ħtieġa li nitkellmu u niktbu l-Malti kif jixraq lil dan in-nazzjon, kburi bl-Ilsien nazzjonali tiegħu.

Appuntament ma’ Radju Malta, wara l-Aħbarijiet tal-10 a.m.

 

Posted in Uncategorized | Leave a comment

 

 

Pre-Festival Events


Sunday 20th August, at 8.00pm | Blitz, 68 Triq Santa Luċija, Valletta

High Literature / Pop Culture

Moderator: Ramona Depares. Speakers: Zoë SkouldingImmanuel MifsudArvis VigulsAsja Bakić.


 

Tuesday 22th August, 8.00pm, Malta School of Art, 106, Old Bakery Street, Valletta

Poetry as Public Space

Moderator: Antoine Cassar. Speakers: Lilia Ben Romdhane, Gjoko Zdraveski


 

Wednesday 23 August, 8.00pm, Maori Bar, Triq il-Lanċa, Valletta

Palk Ħieles/Open Mic

Open to performances by writers and singer-songwriters

Featuring Roger West and Kate Rex


 

Friday 25 August, 7.00pm, Fort St Elmo, Valletta

The Double Agent: Literature for Sale

A presentation about promoting writers and works by Portuguese publishing consultants from Booktailors, Luís Coimbra and Paulo Ferreira


 

Saturday 26 August, 7.00pm, Fort St Elmo, Valletta

Speed Dating: Face to face with Literatures in Europe

Representatives from European literary organizations and institutions have 5 minutes to share information about opportunities in the field of literature and publishing

Alexandra Büchler and Sian Williams from Literature Across Frontiers and Literary Europe Live; Mika Buljević from Kulturtreger|Booksa, Zagreb; Juta Pīrāga from the International Writers and Translators House, Latvia; and Judit Böröcz from the Petöfi Literary Museum, Budapest


 

2017_Inizjamed_Festival-45

The Festival programme, 8.00pm, Fort St Elmo, Valletta

Thursday 24th August 

John Aquilina (poetry)

Lilia Ben Romdhane (poetry)

Film by Nicky Aquilina and Lyanne Mifsud of Maria Grech Ganado’s poem “Relazzjoni”

Gjoko Zdraveski (poetry)

Alfred Sant (prose), interviewed by Mark Vella

Live music Sandro Zerafa (guitar) and Oliver Degabriele (double bass)


 

Friday 25th August

Mark Camilleri (prose)

Jean Portante (poetry, prose)

Film by Trevor Borg of Victor Fenech’s poem “Fuq Għoljiet Dingli”

Asja Bakić (poetry, prose)

Mourid Barghouti (poetry, prose, interviewed by Norbert Bugeja

Live music by John Bartolo (drums) and Jimmy Bartolo (guitar)

Parallel workshop for children of all ages, 8.00pm – 11.00pm, Oħloq Kultura


 

Saturday 27th August

Zoë Skoulding (poetry)

Immanuel Mifsud (poetry, prose)

Film, “Off the Trail” (2015), by Jacob Cartwright and Nick Jordan, of Gary Snyder‘s poem “Endless Streams and Mountains”

Arvis Viguls (poetry)

Ma Thida (prose), interviewed by Clare Azzopardi

Live music by John Bartolo (drums) and Jimmy Bartolo (guitar)

Posted in Uncategorized | 1 Comment

“Bi prontezza aneddottali mill-aktar elevata, Rita Saliba terġa’ ssallabna b’ġabra ġdida ta’ stejjer mhux minn tas-soltu. In-narattiva ta’ Rita f’din il-ġabra tinstema’ miġjuba minn latmija misterjuża li hi biss taf it-triq lejha. F’dawn il-kronaki, Rita tħit il-konkret mal-immaġinattiv jew dak li tħoss ma’ dak li josservaw għajnejha sabiex ittina ġrajja oriġinali li ma nafux lil min seħħet jew fejn seħħet, hux f’rasha jew fl-anfiteatru tal-ħajja, imma l-akbar mistoqsija ta’ tkissir ir-ras hi; għaliex seħħet!

Il-qarrej bla ma jrid, isib ruħu mkebbeb fir-rakkont diefi ta’ Rita li l-ħin kollu jerħi klima u rwejjaħ minn wara s-siparju tal-memorja ħobla u mutraba. Il-mistħajjel terġa’, aktar tat-twemmin mir-realtà attwali. Filwaqt li Saliba żżomm saqajha fermi fuq l-assi orizzontali tal-invarjabbli u l-loġika tal-ħajja, l-immaġinazzjoni tagħha tirrifjuta l-loġika kollha għalkemm tieħu l-materja prima mit-temi ewlenin u t-tikketti tal-ħajja. It-test tagħha mhux alternattiva għall-ħajja, iżda skambju parallel mal-ħajja nnifsha.”

Walid Nabhan, rebbieħ tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura 2017

Rita Saliba tikteb l-awtentiku u l-kuljum. Tikteb l-ilma li nixorbu wara l-ikel u l-frak li jaqa’ minn fuq il-mejda. Il-kliem ittellgħu minn ħażna ta’ kliem bojod u suwed u ttih il-kulur tagħha. U kultant tħallih lewn il-boċċi tal-kamla wkoll. Għax fil-kitba tagħha hemm l-istejjer antiki riħa ta’ gazzetti li jiltaqgħu mal-fantasiji skomdi. Hemm linja fina bejn tfal u kbar – f’dawn l-istejjer it-tfal isiru ftit kbar u l-kbar isiru ftit tfal. Dawn huma l-karattri li jispuntaw minn imkien u jeħduna xi mkien. Dawn huma, fost l-oħrajn, in-nisa li nafu u li f’dawn l-istejjer isiru tikka iktar speċjali għax il-ħajja ta’ kuljum jiftgħulha doża ta’ stramb, kif għandu jkun.

                             Leanne Ellul, rebbieħa tal-Premju Letteratura għaż-Żgħażagħ 2013-2014

Posted in Uncategorized | Leave a comment

Minsi fuq wara nett tal-klassi, Marwan ma setax ma joħlomx b’Yarmouk, jisħet dakinhar li tqaċċat minn għeruqu biex sab ruħu f’pajjiż mhux tiegħu, fi skola mhux tiegħu, ma’ ħbieb li mhux ħbiebu. Id-dar hemm ommu. Ommu biss, il-ħolqa waħdanija ma’ tfulija li ntemmet ħesrem biex firditu mill-bqija ta’ familtu. Imma xi darba jmur lura. Xi darba jmur lura żgur. U jbiddel kollox, isewwi kollox u jsikket lil dan-nies li ma jagħmlu xejn ħlief jarmuk.

Minsija fuq quddiem tal-klassi, Chanelle ma setgħetx tikkonċentra. Moħħha jhewden fuq elf ħaġa: x’se ssajjar għall-pa u għan-nannu? Tgħid tilħaq tlesti load ħwejjeġ b’dal-homework u testijiet? U dak in-nofs ras ta’ Darren x’ħin se jiġi … jekk jiġi. Id-dar m’hemmx ommha. Għax ommha telqet biex qaċċtet il-ħolqa waħdanija ma’ tfulija li ntemmet ħesrem. Imma għandha l-kotba u l-istudju. Xi darba għad jeħilsuha minn dal-ktajjen. U tbiddel kollox, issewwi kollox u tagħlaq il-ġerħa ta’ żgħożija mormija.

Posted in Uncategorized | Leave a comment

Il-qarrej jiltaqa’ wiċċ imb wiċċ ma’ aktar minn kittieb u poeta Malti, parti kbira minnhom għadhom jiktbu  fil-preżent. Kif bdew jiktbu? Fejn għexu fl-imgħoddi,  x’jiftakru minn dan, x’ħalla l-ikbar marka fuqhom,  u fejn jgħixu llum? Min huma dawk il-kittieba li qed  jiktbu lil hinn minn xtutna? Liema huma l-ħwejjeġ  li jispirawhom biex jiktbu? X’jagħmlu bħala xogħol u kif  jgħaddu l-ħin ħieles tagħhom? X’jaħsbu dwar kwistjonijiet kontemporanji partikolari?  L-intervistatur fi djalogu informali mal-intervistat jikxef dan kollu.

  • Ġino Lombardi  •  Charles Magro  •  Carmel Mallia  •  John Mallia
  • Alfred Massa  •  Pierre J. Mejlak  •  George Mercieca  •  Charles Mifsud
  • Immanuel Mifsud  •  Maurice Mifsud Bonnici  •  Achille Mizzi
  • Mark Montebello  •  Walid Nabhan  •  Therese Pace  •  Alfred Palma
  •  Vincenzo Maria Pellegrini  •  Ġorġ Peresso  •  Yana Psaila
  • George Said-Zammit  •  Joe Saliba  •  Marlene Saliba  •   Paul Saliba
  • Rita Saliba  •  Anton Sammut  •   Frans Sammut  •  Mark A. Sammut
  • Salv Sammut  •  Victor Sammut  •  Alfred Sant  •  Vanni Sant
  • Carmel Scicluna  •  Andrew Sciberras  •  Anselm Sciberras
  • Joseph C. Sciberras  •  Joseph Sciberras  •  Lillian Sciberras  •  Omar Seguna
  • Charles B. Spiteri  •  Hilary Spiteri  •  Lino Spiteri  •  Edmund Teuma
  • Joseph P. Vella  •  Kenneth Vella  •  Mark Vella  •  Kelinu Vella Haber
  • Paul Zahra  •  Trevor Żahra  •  Frank Zammit  •  Marcel Zammit Marmarà
  • Joe Zammit Tabona  •  Tarċisju Zarb  •  Nazzarenu Zerafa
Posted in Uncategorized | 1 Comment