Mis-Serata Bejn Ħaltejn, fil-Festival tal-Ktieb

Advertisements
Posted in Uncategorized | 1 Comment

Stqarrija għall-Istampa fuq l-emendi fil-Liġi tal-Malti

Qed insegwu l-proposti tal-Gvern fuq il-Liġi tal-Malti. Il-proposti huma ftit imma xorta jdgħajfu l-Kunsill il-ġdid tal-Malti għax ifaqqruh mill-element akkademiku. Għalkemm hija ħaġa tajba li r-rappreżentanza fil-Kunsill kibret b’4 membri ġodda, il-proposti tal-Gvern fihom tliet nuqqasijiet kbar.

L-ewwel.

Il-Kunsill sal-lum kellu 11-il membru: 7 kienu nies ikkwalifikati fil-Malti u 4 li jistgħu ma jkunux ikkwalifikati.[1] Skont il-proposta tal-Gvern, il-Kunsill il-ġdid għandu jkollu 13-il membru: 6 se jkunu nies ikkwalifikati imma 7 jistgħu ma jkunux ikkwalifikati.[2] Dan ifisser li d-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Malti se jibdew jittieħdu minn grupp ta’ nies li l-biċċa l-kbira minnhom jistgħu ma jkunux kwalifikati fil-Malti.

It-tieni.

Il-Kunsill jaħdem permezz ta’ numru żgħir ta’ kumitati tekniċi, eż., il-Kumitat tal-Informatika, il-Kumitat tat-Terminoloġija, eċċ. Sa issa l-Kap ta’ kull kumitat kien jinħatar mill-Kunsill minn fost nies proposti mill-Akkademja tal-Malti u d-Dipartiment tal-Malti fl-Università, li bla dubju huma l-aktar żewġ awtoritajiet akkademiċi stabbiliti. Din is-serjetà se tintilef bil-proposti l-ġodda għaliex il-Kap se jiġi propost minn 5 (mit-13-il membru) tal-Kunsill tal-Malti. Wieħed irid jiftakar li skont il-proposti se jkun hemm 7 membri li jistgħu ma jkollhom l-ebda kwalifika jew għarfien tal-Malti.[3] Mela 5 membri li jistgħu ma jkunux kwalifikati fil-Malti se jkollhom saħħa jinnominaw Kap Tekniku.

It-tielet.

Skont il-liġi kif kienet, il-kwistjonijiet tekniċi fuq il-lingwa kienu f’idejn Kummissjoni ta’ nies esperti. U l-Kunsill seta’ ma jaċċettax il-proposti tal-Kummissjoni imma ma seta’ qatt jibdilhom. Imma skont il-liġi proposta, il-Kunsill magħmul minn maġġoranza ta’ nies li mhux bilfors huma kkwalifikati fil-Malti se jkollu s-setgħa jiddeċiedi hu flok il-Kummissjoni meta ma jaqbilx magħha. Dan ifisser li, jekk tgħaddi l-liġi kif inhi proposta mill-Gvern, id-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Malti se jgħaddu minn idejn nies li jifhmu għal idejn nies li jistgħu ma jkunux kwalifikati.

Aħna l-għaqdiet u l-entitajiet tal-Malti (imsemmija hawn taħt) niddikjaraw li

  1. ma naqblux mal-partijiet tal-emendi li jdgħajfu l-element akkademiku tal-Kunsill tal-Malti
  2. ma naqblux li jittajjar is-sehem tal-Akkademja u tad-Dipartiment tal-Malti fil-ħatra tal-Kapijiet tal-Kumitati Tekniċi, ħatriet li dejjem saru skont il-kwalifika akkademika
  3. ma naqblux li l-maġġoranza tal-membri tal-Kunsill tista’ tkun magħmula minn nies li mhumiex ikkwalifikati fl-istudju ta’ lsienna.

L-Akkademja tal-Malti

Id-Dipartiment tal-Malti fl-Università                   

Id-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College     

L-Istitut tal-Lingwistika fl-Università   

L-Għaqda tal-Malti – Università

L-Għaqda tal-Qarrejja tal-Provi tal-Malti 

[1] 11-il membru (il-kompożizzjoni tal-Kunsill skont il-liġi kif kienet): il-President, rapp[reżentant] tal-Akkademja, rapp. tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università, rapp. tal-Istitut tal-Lingwistika, rapp. tal-Għaqdiet tal-Malti, 2 kapijiet tal-Kumitati Tekniċi, rapp. tal-Avukat Ġenerali, rapp. tal-Kunsill Malti għall-Arti, rapp. tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin u rapp. tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni nominat mill-Ministru.

[2] 13-il membru (skont il-proposta tal-Ministru Bartolo): il-President, rapp. tal-Akkademja, rapp. tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università, rapp. tal-Istitut tal-Lingwistika, rapp. tal-Għaqdiet tal-Malti, rapp. tad-Dipartiment tat-Traduzzjoni fl-Università, rapp. tal-Avukat Ġenerali, rapp. tal-Kunsill Malti għall-Arti, rapp. tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, rapp. tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni nominat mill-Ministru, rapp. tal-Awtorità tax-Xandir, rapp. tal-pubblikaturi u rapp. tal-Kunsill tal-Ktieb.

[3] Dawn huma r-rappreżentant tal-Avukat Ġenerali, rapp. tal-Kunsill Malti għall-Arti, rapp. tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, rapp. tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni nominat mill-Ministru, rapp. tal-Awtorità tax-Xandir, rapp. tal-pubblikaturi u rapp. tal-Kunsill tal-Ktieb.

Posted in Uncategorized | Leave a comment

Ġieħ l-Akkademja tal-Malti għas-sena 2016 ingħata lill-Professur Oliver Friggieri

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

‘‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti: ‘statement’ qawwi li juri li, bħala nazzjon, kommessi bis-sħiħ li nkomplu niksbu aktar eċċellenza u kreattività fl-istudju letterarju u lingwistiku ta’ lsien pajjiżna”

Ilbieraħ fil-Palazz, il-Belt Valletta, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ppresediet l-ewwel ċerimonja tal-premju Ġieħ l-Akkademja tal-Malti, fl-anniversarju tal-Akkademja tal-Malti, li twaqqfet fl-14 ta’ Novembru, 1920.

Il-President Coleiro Preca qalet li bit-twaqqif tal-Akkademja tal-Malti twieled is-sens ta’ salvagwardja tal-identità Maltija, għax hija l-Akkademja l-entità li ħadet fuqha d-dmir li tippreserva u tiċċelebra l-ilsien tagħna l-Maltin.

Ġieħ l-Akkademja tal-Malti se jibda jingħata biex tiġi onorata persuna għall-kontribut siewi li tkun tat lejn il-lingwa u l-letteratura Maltija. Il-President qalet li tinsab ‘‘tassew sodisfatta b’din l-inizjattiva ġdida’’ u tħossha onorata li ppreżentat l-ewwel midalja tad-deheb lil persuna li ddistingwiet ruħha f’dan il-qasam.

Ġieħ l-Akkademja tal-Malti għas-Sena 2016 ingħata lill-Professur Oliver Friggieri. Il-President qalet li Profs Friggieri jistħoqqlu tassew li jingħata l-ewwel midalja li permezz tagħha se jkun ta’ ispirazzjoni għar-rebbieħa ta’ warajh, fis-snin li ġejjin.

“Jeħtieġ li niċċelebraw il-qawwa tal-wirt tagħna fil-forma kollha tagħha. Jeħtieġ inkunu fidili lejn dak kollu li jagħmilna differenti, li jagħtina l-individwalità u l-identità tagħna, u fl-istess ħin jenfasizza dak kollu li jgħaqqadna mal-oħrajn”, qalet il-President ta’ Malta.

Fl-aħħar nett, il-President ħabbret li fil-bidu tas-sena d-dieħla, il-Palazz ta’ San Anton se jkollu librerija, wara restawr estensiv li qiegħed isir fil-Palazz sabiex jinfetħu kmamar Statali ġodda.

Il-President qalet li l-Akkademja tal-Malti se tkun il-kustodju ta’ kollezzjoni ta’ kotba li se jitqiegħdu fil-librerija tal-Palazz, u se tkun maħsuba biex tagħti spazju sabiex jiġu rikonoxxuti l-kittieba Maltin kif ukoll il-Letteratura Maltija.

Ritratti: OPR

Posted in Uncategorized | 1 Comment

Il-Kantilena ta’ Pietru Caxaro – Interpretazzjoni Rinaxximentali

Mid-Daħla tal-ktieb:
 
“Hemm l-importanza tagħha bħala xogħol letterarju bikri bil-Malti, imma wkoll, u wisq aktar, bħala dokument li jixħet dawl fuq dik li nixtieq insejħilha ‘L-istorja tal-Maltin’.
 
Fl-isfond tan-nisġa ta’ elementi Għarbin u elementi Sqallin tinkiseb definizzjoni sħiħa tal-Malti bħala djalett li kiber u sar lingwa. Iżda wisq iżjed minn hekk, illum nikkonkludi li hemm ukoll il-muftieħ għall-għarfien etniku tal-istess poplu li jitħaddet ilsien li hu taħlita: Semitiku-Latin.
 
Ir-rikkezza enormi tal-lingwa Maltija tiftiehem minnufih f’dan id-dawl: hi lingwa li stagħniet billi laqqgħet fiha stess żewġ kulturi kbar.”
 
 
 

Riċerka ta’ Oliver Friggieri

Posted in Uncategorized | 2 Comments

X’għandna lest għalikom fil-festival tal-ktieb dis-sena bi prezz speċjali.

Medea ta’ Ewripidi – traduzzjoni ta’ Oliver Friggieri
Fjur tal-Ilma – Ġorġ Borg
Il-Malti – ħarġiet speċjali mill-arkivju tal-Akkademja li jinkludu l-edizzjoni ta’ Karmenu Vassallo, Patri Anastasju Cuschieri, Anton Buttigieg u oħrajn
Melita Invicta ta’ Ġużè Chetcuti (edizzjoni rari ħafna)
Posted in Uncategorized | 1 Comment

Elf Damma

L-Akkademja tal-Malti hija waħda mill-pubblikaturi tad-Damma, id-dizzjunarju ta’ Agius de Soldanis.

Sar sforz kbir biex dan id-dizzjunarju jkun jixbah id-dizzjunarji tas-seklu 18. Hekk, kif xtaqu Agius de Soldanis.

Posted in Uncategorized | 2 Comments

Taħdita minn Dr George Said Zammit dwar id-Dar Maltija fi żmien Pietru Caxaru

This slideshow requires JavaScript.

It-taħdita saret nhar it-28 ta’ Settembru, f’Palazzo Santa Sofia, L-Imdina

Posted in Uncategorized | 1 Comment