L-Ittri tal-Alfabetti Qodma tal-Malti

Il-Proġett tal-Akkademja tal-Malti

David Agius Muscat intervisat minn Tony Dimech, għal TVM.

Għadd ġmielu mill-ittri tal-alfabetti l-qodma ma jinstabux fis-sistema diġitali tal-lum. Għalhekk ir-riċerkaturi u l-pubblikaturi jew joħolqu huma dawk l-ittri li jkollhom bżonn għal kull studju, jew jużaw ittri oħrajn li jixbhuhom, inkella jkollhom jaqilbu l-ittri l-qodma skont l-ittri tal-alfabett modern.

Fl-2018 l-Akkademja tal-Malti bdiet taħdem fuq l-identifikazzjoni u t-tfassil diġitali tal-ittri li dehru fl-alfabetti l-qodma kollha. Ħafna minnhom ma kienu jinstabu fl-ebda lingwa u kellhom jinbnew mill-ġdid. Il-proġett tlesta fl-2020, fl-ewwel ċentenarju tal-Akkademja.

Tagħrif ieħor fuq l-ittri tal-alfabetti l-qodma tal-Malti u fuq dan il-proġett tista’ ssibu fil-ktejjeb (ĦOLQA GĦALL-KTEJJEB) li ppubblikat l-Akkademja tal-Malti fl-2020.

Windows u Mac

L-Akkademja identifikat 126 ittra żgħira u 112-il ittra kbira. Hemm differenza fin-numru minħabba li xi ittri, fosthom l-ittri tal-Għarbi, m’għandhomx il-verżjoni majjuskola. L-ittri tqassmu fuq tliet tastieri b’sett għal kull waħda: Akkademja1, Akkademja2 u Akkademja3. Dawn jitniżżlu fis-sistema tal-Windows u fis-sistema tal-Mac. 

Dawn jaħdmu bit-tastiera ENG.

L-Aċċessibbiltà tal-Ittri u l-Permess għall-Użu

L-Akkademja tal-Malti qed tagħmel dawn l-ittri aċċessibbli għal kulħadd u jistgħu jitniżżlu b’xejn minn dan is-sit biss. Kull min juża dawn l-ittri f’kull tip ta’ pubblikazzjoni jew teżi huwa mitlub jinkludi fiha din in-nota: 

F’dan ix-xogħol intużat it-tipa tal-Akkademja tal-Malti bbażata fuq it-Times New Roman.

L-Installazzjoni tal-Ittri

Minn hawnhekk tista’ tinstalla s-settijiet kollha bl-ittri tal-alfabetti l-qodma tal-Malti fis-sistema tiegħek. L-ittri jaħdmu bl-istili kollha, jiġifieri b’mod regolari, bil-korsiv, bil-grassett, jew bil-grassett u bil-korsiv f’daqqa. Agħfas fuq kull wieħed li trid tniżżel.

Akkademja 1 ~ Akkademja 1 italic ~ Akkademja 1 bold ~ Akkademja 1 bolditalic

Akkademja 2 ~ Akkademja 2 italic ~ Akkademja 2 bold ~ Akkademja 2 bolditalic

Akkademja 3 ~ Akkademja 3 italic ~ Akkademja 3 bold ~ Akkademja 3 bolditalic

Ipprintja t-Tastieri

Wara li tinstalla l-ittri tista’ tniżżel it-tastieri Akkademja1, Akkademja2 u Akkademja 3 bl-ittri tal-alfabetti l-qodma tal-Malti. B’hekk tkun tista’ ssegwi aħjar fejn jinsabu l-ittri li tixtieq tuża fil-kitbiet tiegħek. 

Tastiera Akkademja 1

Tastiera Akkademja 2

Tastiera Akkademja 3

Tastieri Akkademja 1, 2, 3.

Direzzjoni tal-proġett tad-diġitalizzazzjoni tal-ittri l-qodma tal-alfabetti tal-Malti u r-riċerka – David Agius Muscat, Disinn tal-ittri – Outlook Coop.