Il-Professur Oliver Friggieri rebbieħ tal-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ 2016
OLIVER FRIGGIERI huwa r-rebbieħ tal-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ għal din is-sena. L-investitura saret f’Jum l-Akkademja tal-Malti mill-Eċċellenza Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta waqt serata fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Fost il-mistednin kien hemm l-imsieħba tal-Akkademja kif ukoll qraba u ħbieb tal-awturi. Din l-onorifiċenza tingħata lil min ikun iddistingwa ruħu b’ħidma tul ħajtu kollha għall-Ilsien Malti u għal-letteratura Maltija.

Il-programm tas-serata
Stqarrija mill-Uffiċċju tal-President ta’ Malta