Miri

L-Akkademja tal-Malti taħdem biex iġġib ‘il quddiem il-qagħda tal-Malti bħala lsien nazzjonali fl- oqsma kollha tal-ħajja flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti;

Tikkontribwixxi għall-politika lingwistika u tippromwovi l-għanijiet kollha li jiffurmaw parti mid-dmirijiet tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, kif definiti fil-Liġi tal-Ilsien Malti L-Att Dwar l-Ilsien Malti (Kap. 470);

Iġġib ‘il quddiem l-istudju akkademiku fuq il-letteratura u l-lingwistika  Maltija;

Tippubblika kull sena r-rivista uffiċjali Il-Malti;

Tibni kuntatt ma’ ħbieb tal-Malti u ma’ persuni li jużaw il-Malti barra minn Malta.