Fuq il-passi ta’ Vassalli

Fil-25 ta’ Jannar 2019 il-President ta’ Malta flimkien mal-Klabb Kotba Maltin u l-Akkademja tal-Malti se jniedu l-ktieb Fuq il-Passi ta’ Vassalli li jiġbor fih l-aħħar riċerka li saret minn studjużi magħrufa fuq Missier l-Ilsien Malti.  Din il-pubblikazzjoni ta’ 460 paġna tiġbor fiha sitta u tletin kontribuzzjoni li jitfgħu dawl ġdid fuq Vassalli, fosthom il-ħarba mill-ħabs fi żmien l-Ordni, meta …

Premju Midalja tad-Deheb ‘ĠIEĦ L-AKKADEMJA TAL-MALTI’ 2018

L-Akkademja tal-Malti tat ġieħ lil Trevor Żahra billi ppreżentatlu l-midalja tad-deheb għall-karriera letterarja tiegħu. L-investitura tal-midalja saret mill-Eċċellenza Tagħha Marie-Louise Colerio Preca, President ta’ Malta. Trevor Żahra twieled iż-Żejtun fl-1947. Ta’ età żgħira beda jikteb il-poeżija u stejjer għat-tfal u fl-1971 ippubblika l-ewwel ktieb tiegħu Il-Pulena tad-Deheb, avventura għat-tfal. Minn dakinhar lil hawn kompla jikteb …

Festivals Malta permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali u  l-Akkademja tal-Malti għandhom il-pjacir jistidnuk                     għall-kommemorazzjoni f’ġieħ il-Poeta Nazzjonali Dun Karm L-Ilsien Malti dari u llum   nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Ottubru, 2018 fis-7.30 ta’ filgħaxija   Palazzo De La Salle, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta                                                                                                                     R.S.V.P.                                                                                                                   Indirizz elettroniku: isabelle.gatt@festivalsmalta.org