Author Archives: L-Akkademja tal-Malti

Kiteb l-ewwel poeżija fi tfulitu meta tilef lil ommu

Meqjus bħala wieħed mill-vuċijiet prominenti li ħarġu mill-Moviment Qawmien Letterarju fit-tieni nofs tas-snin sittin, Victor Fenech ġie ppremjat għall-kontribut siewi fil-letteratura. Viżibbilmet sodisfatt għar-rikonoxximent li kiseb fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sur Fenech stqarr ma’ Television Malta li jiftakar qisu lbieraħ meta … Continue reading

Posted in Uncategorized | 1 Comment

Id-dar ewlenija tal-kotba Kite Group għadha kemm ippubblikat il-ktieb Anton Tabone Il-Pont bejn il-Gżira Reġjun u Malta Nazzjon miktub minn Sergio Grech, awtur tal-ewwel ktieb li ppubblikat il-kumpanija msemmija. L-ewwel ktieb kien il-bijografija tat-tabib Alexander Cachia Zammit li ntlaqgħet tajjeb … Continue reading

Posted in Uncategorized | 1 Comment

Fir-Renju tas-Siġar taċ-Ċawsli, Benjaminu, il-ħajjat tal-istejjer, kien isaħħar lil kulħadd bir-rakkonti tiegħu. Ma’ kull biċċa drapp li jmiss, kienet titfassal storja mill-isbaħ u jinħietu ħwejjeġ imnebbħin minn dan is-seħer … Kien iżewwaq stejjer għas-Sinjorina Serafina, jinseġ rakkonti għat-twajba Reġina Mafalda, … Continue reading

Posted in Uncategorized | 1 Comment

It-Taqbil tat-Tfal

Nhar il-Ħamis, 30 ta’ Novembru 2017 se ssir taħdita minn Rebecca Vella dwar “It-Taqbil tat-Tfal.”    Din it-taħdita se ssir fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti u tibda fis-6.00pm.   Kulħadd huwa mistieden u d-dħul huwa b’xejn.   ​ It-taqbil tat-tfal hu fergħa tat-tradizzjoni orali li … Continue reading

Posted in Uncategorized | Leave a comment

A Bilingual Dictionary of Translation: English-Maltese, Maltese-English fi 3 volumi (Horizons Publications, Malta, 2017) ta’ Charles Briffa

Tnedija, nhar it-Tlieta, 19 ta’ Diċembru 2017, fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti, l-Università ta’ Malta, fl-4.30pm  19 TA’ DIĊEMBRU 2017 FIL-LIBRERIJA TAL-FAKULTÀ TAL-ARTI, L-UNIVERSITÀ TA’ MALTA FL-4.30PM Dan id-dizzjunarju bilingwali jfittex li jistħarreġ ix-xejriet prattiċi u teoretiċi tat-traduzzjoni u l-interpretar, u jperreċ … Continue reading

Posted in Uncategorized | 1 Comment

MIDALJA TAD-DEHEB “ĠIEĦ L-AKKADEMJA TAL-MALTI” LILL-MONSINJUR LAWRENZ CACHIA 14 TA’ NOVEMBRU 2017 – JUM L-AKKADEMJA TAL-MALTI – Mons Lawrenz Cachia twieled Ħaż-Żebbuġ fl-1932. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo (tal-Ħamrun u tal-Belt) u aktar tard l-Università ta’ Malta, minn fejn kiseb … Continue reading

Posted in Uncategorized | 1 Comment

Dan huwa rumanz li jirrakkonta vjaġġ ta’ mħabba, qlubija u vittorja… li nkiteb biex ifakkar il-75 anniversarju mill-wasla glorjuża tal-Konvoj ta’ Santa Marija. Ir-rakkont huwa msejjes fuq ġrajja storika li seħħet tassew. Ġrajja mimlija battalji u taqbid. Ġrajja ta’ vjaġġ … Continue reading

Posted in Uncategorized | 1 Comment