Nhar l-20 ta’ Novembru 2020 – ġimgħa wara għeluq il-mitt sena mit-twaqqif tal-Akkademja tal-Malti – se ssir iċ-ċerimonja tal-investitura li biha nonoraw b’midalja tad-deheb lil dik il-persuna li tul ħajjitha tat kontribut eċċezzjonali fl-ilsien Malti. Il-membri jistgħu jinnominaw persuna waħda biss li jaħsbu li jixirqilha dan l-unur.
Iċ-ċerimonja tal-investitura se ssir mill-President ta’ Malta fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Minħabba ċ-ċirkustanzi li ninsabu fihom minħabba l-pandemija, dawk il-membri li jixtiequ jattendu għaċ-ċerimonja nitolbuhom javżawna bil-miktub u nieħdu ħsieb nikkonfermaw l-attendenza permezz ta’ invit uffiċjali.
Jekk int membru tista’ tibgħat in-nomina tiegħek lis-Segretarju sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru 2020 inkella tibgħat in-nomina tiegħek mis-sit stess billi tagħfas hawn.