IL-ĦARĠA SPEĊJALI LETTERARJA TAĊ-ĊENTINARJU

Għeżież membri,

Infakkrukom biex tibagħtu l-kitbiet tagħkom għall-ħarġa speċjali letterarja ta’ Il-Malti li biha se nkunu qed niċċelebraw għeluq il-100 sena mit-twaqqif tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti.

Il-kitbiet, li jistgħu jkunu kemm fi proża kif ukoll poeżija għandhom ikunu oriġinali u ma dehru ppubblikati mkien qabel id-data tal-għeluq. It-tema tal-kitbiet għandha tkun marbuta mal-idea ta’ 100 billi b’din il-pubblikazzjoni se nkunu qed nimmarkaw il-100 sena mit-twaqqif tal-Akkademja tal-Malti. It-tema m’għandhiex tkun marbuta mal-Istorja jew iċ-ċentinarju tal-Akkademja, iżda għandha ġġorr fiha n-numru jew il-kunċett ta’ 100. Kull kitba m’għandhiex tkun itwal minn 5000 kelma.

Kull membru għandu jħabrek biex il-kitba tiegħu tidher f’din il-ħarġa speċjali u unika f’okkażjoni ta’ darba f’ħajjitna.

Is-sottomissjonijiet għandhom jaslu permezz tal-posta elettronika f’dan l-email: info@akkademjatalmalti.org jew fl-indirizz postali: ‘Dar Doreen Micallef’, 12, Flat 1, Triq Sant’Andrija, Il-Belt Valletta VLT 1341 sal-aħħar ta’ Settembru 2020.

Il-Kumitat

12.09.2020

Ħalli kumment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.