L-Akkademja tal-Malti tinsab sodisfatta bid-Deċiżjonijiet 2 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti fuq il-kitba tal-kliem mill-Ingliż fil-Malti. Dan wara snin ta’ studju u konsultazzjoni mal-pubbliku, ma’ individwi li ta’ kuljum jiktbu bil-Malti f’xogħolhom u ma’ bosta entitajiet, fosthom l-Akkademja.
L-Akkademja tal-Malti tħeġġeġ lill-imseħbin tagħha u lil kull min jikteb bil-Malti biex jinforma ruħu fuq dawn ir-regoli uffiċjali tal-kitba u jaddottahom f’kitbietu.
Aktar dettalji jistgħu jinkisbu minn din il-ħolqa:
http://kunsilltalmalti.gov.mt/news-details?nwid=183&ctid=17&ctref=ortografija
Sergio Grech
Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi
24.04.2019