Stqarrija mill-Akkademja tal-Malti fuq l-għarfien tal-Malti tal-impjegati

Filwaqt li l-Akkademja tal-Malti temmen li l-Maltin għandu jkollhom għarfien tajjeb tal-Malti u tal-Ingliż biex ikunu jistgħu jwettqu ħidmiethom bl-aħjar mod possibbli u skont dak li jitlob minnhom ix-xogħol tagħhom, tixtieq tesprimi t-tħassib tagħha dwar kriterji li qed jintużaw biex jiġu ingaġġati ħaddiema ġodda.

Bosta lmentaw mal-Akkademja li l-intervisti ta’ numru kbir ta’ kumpaniji hawn Malta qed isiru bl-Ingliż biss. L-Akkademja tisħaq fuq l-importanza tal-Ingliż, speċjalment għal ċerti xogħlijiet, imma temmen ukoll fl-importanza tal-Malti. L-Akkademja tinnota b’dispjaċir li diversi nies li qed jiġu ingaġġati biex ibigħu prodotti jew jagħtu servizzi hawn Malta ma jafux jikkomunikaw bil-Malti u jippretendu li jkunu l-Maltin li jkollhom jippruvaw jfiehmu ħtiġijiethom bil-lingwi tal-impjegati.

Għaldaqstant l-Akkademja tal-Malti titlob lill-awtorijiet responsabbli biex jaraw b’urġenza li kull min qed joffri impjieg jitlob li l-impjegati għandu jkollhom għarfien xieraq l-ewwel u qabel kollox tal-Malti. Titlob ukoll lill-Gvern biex jikkunsidra li joħloq korsijiet obbligatorji għall-barranin li jgħixu u jaħdmu Malta biex jitgħallmu l-Malti kif qiegħed jiġri diġà fil-qasam tas-saħħa.

Sergio Grech
Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi

4.05.2019

 

Ħalli kumment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.