L-Akkademja tal-Malti turi d-dispjaċir tagħha li l-kwistjoni bejn l-għalliema tal-Malti u l-Ministeru tal-Edukazzjoni ma ngħalqitx, bir-riżultat li hemm inċertezzi fuq l-eżamijiet annwali tal-Malti fl-iskejjel statali medji u sekondarji. L-Akkademja tinnota li fil-kwistjoni hemm ukoll l-għalliema tal-Matematika u l-eżamijiet ta’ dan is-suġġett.
L-Akkademja temmen fix-xogħol imprezzabbli li jagħmlu l-għalliema tal-Malti u tħeġġeġ lill-awtoritajiet biex isibu soluzzjonijiet meħtieġa malajr kemm jista’ jkun biex ħwejjeġ bħal dawn ma jerġgħux iseħħu.
Sergio Grech
Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi
06.06.2019