Ġieħ l-Akkademja tal-Malti għas-sena 2016 ingħata lill-Professur Oliver Friggieri

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

‘‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti: ‘statement’ qawwi li juri li, bħala nazzjon, kommessi bis-sħiħ li nkomplu niksbu aktar eċċellenza u kreattività fl-istudju letterarju u lingwistiku ta’ lsien pajjiżna”

Ilbieraħ fil-Palazz, il-Belt Valletta, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ppresediet l-ewwel ċerimonja tal-premju Ġieħ l-Akkademja tal-Malti, fl-anniversarju tal-Akkademja tal-Malti, li twaqqfet fl-14 ta’ Novembru, 1920.

Il-President Coleiro Preca qalet li bit-twaqqif tal-Akkademja tal-Malti twieled is-sens ta’ salvagwardja tal-identità Maltija, għax hija l-Akkademja l-entità li ħadet fuqha d-dmir li tippreserva u tiċċelebra l-ilsien tagħna l-Maltin.

Ġieħ l-Akkademja tal-Malti se jibda jingħata biex tiġi onorata persuna għall-kontribut siewi li tkun tat lejn il-lingwa u l-letteratura Maltija. Il-President qalet li tinsab ‘‘tassew sodisfatta b’din l-inizjattiva ġdida’’ u tħossha onorata li ppreżentat l-ewwel midalja tad-deheb lil persuna li ddistingwiet ruħha f’dan il-qasam.

Ġieħ l-Akkademja tal-Malti għas-Sena 2016 ingħata lill-Professur Oliver Friggieri. Il-President qalet li Profs Friggieri jistħoqqlu tassew li jingħata l-ewwel midalja li permezz tagħha se jkun ta’ ispirazzjoni għar-rebbieħa ta’ warajh, fis-snin li ġejjin.

“Jeħtieġ li niċċelebraw il-qawwa tal-wirt tagħna fil-forma kollha tagħha. Jeħtieġ inkunu fidili lejn dak kollu li jagħmilna differenti, li jagħtina l-individwalità u l-identità tagħna, u fl-istess ħin jenfasizza dak kollu li jgħaqqadna mal-oħrajn”, qalet il-President ta’ Malta.

Fl-aħħar nett, il-President ħabbret li fil-bidu tas-sena d-dieħla, il-Palazz ta’ San Anton se jkollu librerija, wara restawr estensiv li qiegħed isir fil-Palazz sabiex jinfetħu kmamar Statali ġodda.

Il-President qalet li l-Akkademja tal-Malti se tkun il-kustodju ta’ kollezzjoni ta’ kotba li se jitqiegħdu fil-librerija tal-Palazz, u se tkun maħsuba biex tagħti spazju sabiex jiġu rikonoxxuti l-kittieba Maltin kif ukoll il-Letteratura Maltija.

Ritratti: OPR

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Ġieħ l-Akkademja tal-Malti għas-sena 2016 ingħata lill-Professur Oliver Friggieri

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikħajr tat-tagħrif anness. Indubbjament, ħadd m’hu ser jikkontesta l-fatt, li l-ewwel Ġieħ l-Akkademja tal-Malti, ingħata lill-Prof Oliver Friggieri, bniedem li ħajtu iddedikaha kompletament għall-istudju, il-kitba u t-tirqim ta’ l-identita’ Maltija.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s