Mid-Daħla tal-ktieb:
“Hemm l-importanza tagħha bħala xogħol letterarju bikri bil-Malti, imma wkoll, u wisq aktar, bħala dokument li jixħet dawl fuq dik li nixtieq insejħilha ‘L-istorja tal-Maltin’.
Fl-isfond tan-nisġa ta’ elementi Għarbin u elementi Sqallin tinkiseb definizzjoni sħiħa tal-Malti bħala djalett li kiber u sar lingwa. Iżda wisq iżjed minn hekk, illum nikkonkludi li hemm ukoll il-muftieħ għall-għarfien etniku tal-istess poplu li jitħaddet ilsien li hu taħlita: Semitiku-Latin.
Ir-rikkezza enormi tal-lingwa Maltija tiftiehem minnufih f’dan id-dawl: hi lingwa li stagħniet billi laqqgħet fiha stess żewġ kulturi kbar.”
Kemm hu, jekk joghgbok?
2016-11-13 9:42 GMT+01:00 L-Akkademja tal-Malti :
> L-Akkademja tal-Malti posted: ” Mid-Daħla tal-ktieb: “Hemm l-importanza > tagħha bħala xogħol letterarju bikri bil-Malti, imma wkoll, u wisq aktar, > bħala dokument li jixħet dawl fuq dik li nixtieq insejħilha ‘L-istorja > tal-Maltin’. Fl-isfond tan-nisġa ta’ elementi Għarbin u elem” >
LikeLike
Grazzi mill-qalb taâ dan it-tagħrif. Il-Kantilena taâ Pietru Caxaro-Interpretazzjoni Rinaxximentali mâgħandi l-ebda dubju, li se jkun wieħed mill-aktar kotba favuriti fuq l-ixkafef Melitensi.
BâImħabba:
mario
LikeLike