L-esperjenza poetika ta’ Yana Psaila, fil-programm NWAR tal-Ġimgħa 23 ta’ Ottubru

YanaYana Psaila twieldet fis-Siberja fl-1979 fil-familja akkademika, iggradwat mill-Università Statali ta’ Tomsk (Russja) bħala Lingwista – Lettriċi b’Maġisteru fit-Teorija u l-Metodoloġija tat-Tagħlim tal-Lingwi u l-Kulturi Barranin, b’speċjalizzazzjoni fit-tagħlim tal-Ingliż f’livell universitarju.

Ilha tgħix f’Malta għal dawn l-aħħar 11-il sena. Il-Malti sar għaliha t-tieni lsien nattiv tagħha, tliet snin ilu għaddiet mill-eżami tal-Malti fil-livell Avvanzat. Minn tfulitha tikteb il-poeżiji u għandha xogħlijiet ppubblikati f’diversi rivisti fosthom L-ORIZZONT, IT-TORĊA, MY MALTA (rivista bir-Russu), IL-PONT u VERSI, kif ukoll fl-antoloġija KLIEM INFINIT. F’dawn l-aħħar snin kitbet sew bl-Ingliż u bil-Malti u nħatret membru fl-Għaqda Poeti Maltin, fejn hija frekwentatriċi attiva billi taqra vrusha bil-Malti waqt il-Lejliet ta’ Poeżija li jiġu mtellgħa regolarment mill-istess Għaqda. Fost il-pubblikazzjonijiet tagħha hemm ukoll l-artikli IL-FOROM TAL-VERB TRILITTERU, SEĦER IL-MALTI u L-KAVALLIERI TA’ MALTA FIR-RUSSJA. Hija l-awtriċi tal-Frażarji Russu-Malti u Malti-Russu, l-ewwel ta’ xorta tagħhom fid-dinja, u tal-ġabra ċkejkna poetika bil-Malti L-IMĦABBA TAL-ISTILLA POLARI, kif ukoll għandha x-xogħol oriġinali ieħor, il-ġabra tal-poeżiji tal-kantawtur leġġendarju Russu Vladimir Vysotsky maqlubin minnha għall-Malti b’isimha FIL-BAĦAR TAD-DMUGĦ li ħarġet f’Jannar 2015 fil-Polonja.

Yana tipparteċipa regolarment f’diversi proġetti poetiċi permezz tat-traduzzjonijiet tagħha mir-Russu għall-Malti. F’April li għaddaqalbet għall-Malti l-kitba ddattata lura fl-1832 tal-poeta kbir Russu Michail Lermontov għall-okkazzjoni ta’ 200 sena minn twelidu fejn il-poeżiji tiegħu ġew moqrija fl-ilsna differenti tad-dinja fi Sankt Peterburgu. Kif ukoll qalbet mir-Russu għall-Malti waħda mill-kitbiet tal-poeta leġġendarju Russu Yevgeny Yevtushenko għall-okażjoni tal-miġja tiegħu f’Malta u interpretatha waqt is-serata mtellgħa f’ġieħu fil-Kappella Russa, il-Palazz ta’ Sant’Anton. F’Mejju u Novembru tas-sena l-oħra rrapreżentat lil Malta fil-proġett poetiku internazzjonali VLADIMIR VYSOTSKY FIT-TRADUZZJONIJIET ĠODDA mtella’ mill-mużew tal-poeta u kantawtur Russu Vladimir Vysotsky mwaqqaf fil-belt ta’ Koszalin fil-Polonja. Ix-xogħlijiet tradotti jidhru fl-antoloġija ppubblikata fil-Polonja f’Diċembru li għadda bl-istess isem li tiġbor fiha t-tagħrif dwar bosta pajjiżi oħra li ħadu sehem. F’Ottubru tal-2014 Yana ġiet mistiedna għall-edizzjoni tas-sensiela “Niltaqgħu mal-Awtur” fejn tat tagħrif dwar il-pubblikazzjonijiet tagħha.

Wara t-tielet parti tal-proġett imsemmi għadu kif ħareġ fl-iStati Uniti ktieb ieħor “VLADIMIR VYSOTSKY F’BOSTA LINGWI” li jinkludi fost oħrajn aktar poeżiji maqluba minn Yana għall-Malti.

Ħalli kumment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.