Workshop f’Għawdex fuq il-kitba tan-novella

Għal kittieba emerġenti minn Malta u Għawdex

Il-Commonwealth Writers bi pjaċir tħabbar li ser isir workshop dwar il-kitba tan-novella f’Għawdex bħala parti mill-Commonwealth Peoples Forum, il-Ħamis 26 ta’ Novembru 2015.

L-għan tal-workshop hu li jilħaq kemm lill-kittieba ġodda u emerġenti Għawdxin, kif ukoll lil dawk il-kittieba Maltin li huma wkoll ġodda u qatt ma ppubblikaw xogħolhom. Dan il-workshop hu miftuħ għall-kittieba li jiktbu bil-Malti jew bl-Ingliż.

JacobRossIl-workshop, immexxi min-novellieri Clare Azzopardi u Jacob Ross (minn Grenada u joqgħod l-Ingilterra), se jittratta suġġetti bħall-proċess kreattiv tal-ġenerazzjoni tal-ideat, in-nuqqas ta’ abbiltà tal-awtur li jipproduċi xogħol letterarju u l-istruttura tan-novella. L-għan tal-workshop hu li jilħaq il-ħtiġijiet tal-kittieba li jkunu qegħdin jattendu.Clare-Azzopardi-Commonwealth-Writers-short-story-workshop-Malta-Gozo

Il-Commonwealth Writers jistieden kittieba li għandhom minn 18-il sena ’l fuq biex japplikaw. L-applikazzjonijiet huma bla ħlas.Jekk tixtieq tattendi l-workshop ibgħat ittra elettronika fuq commonwealthwriters@gmail.com sat-Tlieta 27 ta’ Ottubru.

Fl-ittra elettronika trid tinkludi dokument Word bl-informazzjoni li ġejja: 
• Isem, l-indirizz elettroniku u numru tal-telefown (biex inkunu nistgħu nikkuntattjawk)
• Paragrafu fuqek innifsek (fih inkludi kemm għandek żmien, xi informazzjoni fuq kemm ilek tikteb, u xi affarijet li jinteressawk u rwoli oħra li tħaddan)
• 3 linji fuq inti x’tixtieq tikseb minn dan il-workshop dwar in-novella
• Kampjun ta’ kitba ta’ novella ta’ mhux aktar minn 1000 kelma

Il-Commonwealth Writers tirringrazzjak ħafna tal-interess u se tgħarrfek jekk intgħażiltx biex tkun parti mill-workshop sat-2 ta’ Novembru.

http://cpf.commonwealthfoundation.com/commonwealth-writers-short-story-workshop-gozo/

Ħalli kumment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.