L-Akkademja tal-Malti għall-ewwel darba se tieħu sehem fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li se jsir f’Dar il-Mediterran, il-Belt, mill-4 sat-8 ta’ Novembru 2015.
Mill-istand tal-Akkademja l-pubbliku se jkun jista’ jikseb pakkett ta’ ħarġiet antiki ta’ Il-Malti u pubblikazzjonijiet oħra b’donazzjoni ta’ €2.
Niżżikom ħajr tat-tagħrif anness. Ħarġiet imgħoddija ta’ Il-Malti u bi prezz daqshekk irħis, għandhom ikunu ta’ tħajjir għal min bħalna jħobb jaqra u mhux biss. Għal min bħalna, jħobb tassew lil Malta u dak kollu li jagħniha.
B’Imħabba:
mario
LikeLike
Prosit lill-Akkademja ta’ din l-inizjattiva sabiħa bil-għan li tkompli xxerred l-għarfien dwar ilsienna u l-letteratura tagħna.
LikeLike