L-Akkademja tal-Malti tifraħ lill-Ministru tal-Edukazzjoni li lbieraħ, bi kliem sod u ċar, wera l-fiduċja sħiħa tiegħu fil-ħidma tal-Kunsill tal-Malti. U dan mhux bil-kliem biss imma bil-fatti, għaliex – meta ra l-ħidma kbira li wettaq il-Kunsill fl-10 snin li ilu mwaqqaf – iddeċieda li jirdoppja l-finanzi tal-Kunsill u jagħtih ħaddiem ieħor biex ikun jista’ jaħdem iktar u jwassal il-messaġġ tiegħu aħjar.
Ħabbar ukoll li fis-7 ta’ Novembru se jsir Forum Nazzjonali biex naraw x’inhuma l-ħtiġijiet ta’ lsienna bħalissa u flimkien infasslu għall-ġejjieni tiegħu.
Kif qal l-Onor. Bartolo, issa kull min qagħad jispekula li l-Ministru mhux kuntent bil-Kunsill u se jxoljih għandu risposta ċara.
L-Akkademja pparteċipat fil-konsultazzjoni li nieda l-Ministru, u ltaqgħet ukoll mal-Kunsill u wegħditu l-appoġġ tagħha.
Trevor Żahra
Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi
3 ta’ Ottubru 2015