Il-Gvern se jimpjega persuna oħra mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti

676067-400xNoneIl-Gvern se jirdoppja l-allokazzjoni ta’ fondi lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Dan permezz ta’ persuna oħra li l-Ministeru tal-Edukazzjoni se jimpjega mal-Kunsill, biex issir aktar riċerka fuq l-ilsien Malti. Għan ieħor hu biex il-Kunsill ikun jista’ jsaħħaħ ir-relazzjonijiet pubbliċi tiegħu mal-entitajiet pubbliċi u l-pubbliku.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo ħabbar dan wara li kellu laqgħat mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, li fihom ingħata tagħrif dettaljat tax-xogħol li jagħmel il-Kunsill u l-ħtiġijiet tiegħu. Irrikonoxxa wkoll il-ħidma mifruxa li għamel il-Kunsill matul l-għaxar snin li ilu mwaqqaf.

Mill-konsultazzjoni pubblika li saret mill-Gvern fis-sajf li għadda dwar il-qagħda tal-ilsien Malti u t-triq ‘il quddiem, taw il-fehma tagħhom 30 persuna jew għaqda. Dan minbarra n-numru ta’ ittri u artikli fil-gazzetti u l-mezzi soċjali.

Il-kontribuzzjonijiet kienu dwar l-irwol li għandu jkollu l-Kunsill fit-teħid tad-deċiżjonijiet fuq il-ġejjieni tal-Malti, l-aġġornamenti fir-regoli tal-ortografija b’mod partikolari l-ismijiet tal-pajjiżi u l-bliet barranin, u l-użu tal-Malti f’oqsma differenti tal-ħajja bħal fix-xandir u fit-tagħlim.

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni għaraf ukoll li wasal iż-żmien li jsir Forum Nazzjonali fuq l-Ilsien Malti, biex dawk kollha li jixtiequ jsiru jafu x’xogħol sar u qiegħed isir b’risq ilsienna jew jixtiequ jagħtu sehemhom fil-ħarsien, it-tixrid u l-iżvilupp tiegħu, jingħataw l-opportunità kollha jiddiskutu u jesprimu ruħhom.

Il-Forum Nazzjonali se jsir nhar is-Sibt 7 ta’ Novembru mit-8.30am sas-1.30pm f’lukanda ewlenija fil-Furjana. Dawk kollha li jixtiequ jattendu għandhom jibagħtu imejl fuq mandy.buhagiar@gov.mt sat-23 ta’ Ottubru 2015.

Dwar dan, Trevor Żahra f’isem l-Akkademja tal-Malti qal li l-Ministru tal-Edukazzjoni bi kliem sod u ċar, wera bil-fatti l-fiduċja sħiħa tiegħu fil-ħidma tal-Kunsill tal-Malti. Irrefera wkoll għal dak li qal il-Ministru Bartolo, li kull min qagħad jispekula li l-Ministru mhux kuntent bil-Kunsill u se jxoljih għandu risposta ċara.

Artiklu li deher fis-sit http://www.newsbook.com.mt

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Il-Gvern se jimpjega persuna oħra mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti

  1. Mario Griscti says:

    Nifraħ minn qalbi lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti għall-kollaborazzjoni li sab mingħand l-Onor.Ministru tal-Edukazzjoni b’allokazzjoni ta’ mpjieg lill-persuna biex issir aktar riċerka fuq l-Ilsien Malti. U niżżikom ħajr minn qalbi, tat-tagħrif anness.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s