Fis-7 ta’ Awwissu 2015 saret il-Laqgħa Ġenerali tal-Akkademja tal-Malti. Il-laqgħa fetaħha s-Segretarju, Joseph P. Borg. Huwa tkellem dwar il-ħidma li wettqet l-Akkademja u ħareġ il-punti ewlenin tar-rapport amministrattiv. Wara kien imiss lill-Inġ. Maurice Mifsud Bonnici, it-Teżorier, li ta rendikont finanzjarju. L-aħħar kelma kienet f’idejn il-President, Olvin Vella, li tkellem dwar il-viżjoni tal-Akkademja fl-aħħar sentejn. Semma l-proġetti li twettqu u oħrajn li għad iridu jkomplu jitwettqu. Huwa rringrazzja lill-membri tal-kunsill tal-impenn kontinwu tagħhom.
Il-kunsill il-ġdid għall-perjodu 2015-2017 inħatar b’elezzjoni hu magħmul minn Olvin Vella (President), Joseph P. Borg, Phyllis Debono, Dr George Farrugia, Reno Fenech, Victor Fenech, Inġ. Maurice Mifsud Bonnici, Achille Mizzi, Rita Saliba, Trevor Żahra u Claire Zerafa. Il-ħatra tal-bqija tal-karigi uffiċjali se ssir fl-ewwel laqgħa tal-kunsill.