Seminar “Il-kliem ta’ nisel Ingliż fil-Malti – kif se niktbuh?”

IL-KLIEM INGLIŻ FIL-MALTI: lejn reviżjoni tar-regoli. Seminar organizzat mill-Akkademja. Ħajr lill-Kunsill tal-Malti tax-xogħol siewi fuq ir-reviżjoni. Nhar l-24 ta' Marzu 2015, l-Akkademja tal-Malti flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Malti organizzaw seminar għall-membri tagħha, għall-awturi u l-pubblikaturi biex matulu jisimgħu x’qed jiġi diskuss fil-Kunsill tal-Malti u x’inhu l-akbar uġigħ ta’ ras li qed iżomm lill-Kunsill milli jiddeċiedi, illum …

IL-ĠENESI TA’ “IKUN LI TRID INT”

Nhar it-Tlieta, 31 ta' Marzu 2015, isma' lill-Prof. Manwel Mifsud jirrakkonta nostalġikament il-ħolqien tad-diska seminali "Ikun li Trid Int" fil-programm NWAR, Radju Malta 1, fis-6.30pm. Din is-sena jaħbat għeluq l-40 sena mill-ħruġ ta' "Ikun li trid Int".