Storja tal-Ilsien u l-Letteratura Maltija

Kronoloġija ta’ Dr Mario Cassar

ATTIVITÀ: Tnedija ta’ Storja tal-Ilsien u l-Letteratura Maltija – Kronoloġija ta’ Dr Mario Cassar

PARTEĊIPANTI: Dr Mario Cassar, Dr Olvin Vella, Prof. Joseph M. Brincat

MODERATUR: Godwin Vella (Heritage Malta)

PUBBLIKAZZJONI: Heritage Malta / L-Akkademja tal-Malti

POST: MFCC Ta’ Qali

DATA: L-Erbgħa, 3 ta’ Novembru

ĦIN: 6pm

Storja tal-Ilsien Malti – Kronoloġija miġbura minn Dr Mario Cassar hi pubblikazzjoni bi sħab bejn Heritage Malta u l-Akkademja tal-Malti. Dehret l-ewwel darba b’dan it-titlu bħala pubblikazzjoni tal-Għaqda tal-Malti (Università) fl-2002.

Dr Cassar kompla jiġbor it-tagħrif u din il-pubblikazzjoni se tkun kompendju komprensiv marbut mal-ġrajja tal-ilsien u l-letteratura Maltija – ġabra ta’ avvenimenti, pubblikazzjonijiet u noti bijografiċi elenkati f’ordni kronoloġiku – sinteżi telegrafiku li joffri għajnuna kbira lir-riċerkaturi.

B’din il-pubblikazzjoni se nkunu qed niċċelebraw iċ-ċentinarju meta l-Kummissjoni tal-1920 maħtura mill-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti (illum l-Akkademja tal-Malti) ippreżentat l-alfabett quddiem laqgħa ġenerali fit-18 ta’ Diċembru 1921 u l-ħatra tal-ewwel Kunsill fis-7 ta’ Mejju 1922.