L-antoloġija European Stories hija vetrina għall-istejjer u l-karattri mit-tlettax-il rebbieħ tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura, kif ukoll ix-xogħol importanti tat-tradutturi letterarji.
L-antoloġija fiha siltiet qosra mit-tlettax-il ktieb rebbieħ, fil-lingwa oriġinali u traduzzjonijiet bl-Ingliż u bil-Franċiż. Tista’ taqra l-antoloġija billi tagħfas HAWN. Tista’ titlob kopja stampata billi tibgħat ittre fuq l-indirizz info@euprizeliterature.eu.
L-antoloġija hi ddisinjata grazzi għall-Uffiċċju Pubblikazzjonijet tal-Unjoni Ewropea.
