Ir-reġistrazzjoni tal-ismijiet ta’ wliedna bil-Malti

L-Akkademja tal-Malti tifraħ lis-Segretarju Parlamentari Alex Muscat li wara ħafna talbiet tagħha u tal-pubbliku inġenerali, l-istat qed jagħmilha possibbli li dawk l-individwi li jagħżlu li jagħtu isem Malti lil uliedhom dawn jistgħu jirreġistrawh b’mod korrett.

Sa ftit ilu r-Reġistru Pubbliku ma kienx qed juża t-tipa Maltija. Bit-tibdiliet li saru f’dawn l-aħħar jiem, is-sistema ġiet aġġornata biex tħaddan ittri tal-Malti u għalhekk kull kitba li tinkludi ismijiet Maltin, se tkun tista’ tinkiteb u tinqara skont ir-regoli tal-kitba Maltija.

L-alfabett uffiċjali tal-Malti ġie rikonoxxut mill-Gvern Malti 86 sena ilu u kull entità governattiva jew le hija mistennija li tħaddnu u tħaddmu fis-sistemi tagħha.

Sergio Grech

Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi

26.12.2020

Ħalli kumment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.