“Ġieħ l-Akkademja tal-Malti”, sena 2020

Lina Brockdorff hija r-rebbieħa tal-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ għal din is-sena. Ir-rebbieħa tħabbret waqt lejla ta’ ġieħ li saret fil-Palazz ta’ Sant’Anton taħt il- patroċinju tal-President l-Eċċellenza Tiegħu George Vella, President ta’ Malta. Din l- onorifiċenza tingħata lil min ikun iddistingwa ruħu b’ħidma tul ħajtu kollha għall-Ilsien Malti u għal-letteratura Maltija.

Lina twieldet l-Isla fil-21 ta’ Mejju, 1930. Hija waħda mill-kittieba nisa li l-aktar ilha tikteb kemm proża u poeżiji għal bosta snin.

Ħadet sehem fix-xandir billi kitbet u pproduċiet numru kbir ta’ programmi fuq ir-Rediffusion bejn is-snin Ħamsin u s-Sebgħin. Fost dawn il-programmi kien hemm “Ħlieqa Bejnietna,” programm ta’ parlour games; programmi għan-nisa bħal “Quddiem il-Mera,” “Nofs Siegħa Flimkien” u “Kwarta Flimkien”, “Magic in the Kitchen” u reċti qosra umoristiċi. Kienet l-ewwel kittieba li bdiet taddatta għar-radju xeni drammatizzati minn “Wenzu u Rożi” mill-ktieb ta’ Dr George Zammit. Kellha wkoll serje ta’ programmi “Inwieġbu lis-semmiegħa.”

Kitbet numru ta’ radjudrammi fosthom “Il-Fqajjar t’Assisi,” radjudramm f’erba’ episodji li xxandar kemm fuq l-RTK (1990) kif ukoll fuq il-PBS (1999). Uħud mir-rumanzi tagħha nqraw ukoll fuq radjijiet hawn Malta u fl-Awstralja.

Għal bosta snin kitbet u pproduċiet il-programm letterarju tal-Għaqda Letterarja Maltija  bl-isem “Mill-Ġnejna Maltija”.

Kienet il-President tal-istess Għaqda Letterarja Maltija għal tmien snin, hija wkoll membru tal-Akkademja tal-Malti u tal-Għaqda Poeti Maltin.

Lina Brockdorff kienet membru tal-kunsill tal-Akkademja tal-Malti 2004 – 2005.

Brockdorff kitbet aktar minn 340 novella, stejjer qosra li bosta minnhom ixxandru fuq radjijiet kemm hawn Malta kif ukoll l-Awstralja, waqt li bosta minnhom kienu ppubblikati fil-ġurnali.

Xogħol stampat jinkludi:

Sireni u Serenati (2004) li huwa awtobijografija ta’ tfulit il-kittieba fil-gwerra u li ħa l-ewwel premju tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Is-sena l-oħra ħareġ bl-Ingliż bl-isem ta’ Serenades amidst the Sirens tradott minn Alfred Palma.

Ħames antoloġiji ta’ novelli bl-isem ta’: Il-Bieb Numru 11 u stejjer oħra (2007),  Bellus u Bizzilla (2008), Intermezzi (2012), Ħin l-Istejjer (2016) u Minn Żmien l-Għerien (2018) u Qabel tbaxxi d-dawl (2019).

Tnax-il rumanz:

Kien Kwinta l-Qamar (1974, 2008)

La Jerġa’ Jasal Diċembru (2010)

Kastell għal Clara (2012)

Meta Jħammar il-Peprin (2013)

Katrina (2015)

Mal-Fwieħa tal-Ward (2015)

Luciano (2016) 

’Il Barra mill-Isqaq (2017)

Dwett għal Żewġ Vjolini (2017)

Taħt is-Swar tal-Imdina (2017)

Meta traxxax ix-Xita (2018)

Ladarba Dar ir-Riħ (2018)

Luciano traduzzjoni għall-Ingliż ta’ Rose Marie Caruana (2019)

Ħalli kumment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.