Se tkun possibbli li ssir reġistrazzjoni uffiċjali t’isem b’tipa Maltija

Aġġornament, l-4 ta’ Mejju 2020
    L-Akkademja tal-Malti hija sodisfatta bl-istqarrija uffiċjali li għadu kemm ħareġ is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat rigward it-talba pubblika li għamilna ftit tal-jiem ilu dwar ir-reġistrazzjoni tal-ismijiet bil-Malti fir-Reġistru Pubbliku. L-istqarrija tgħid li “dawk il-ġenituri li jkunu jixtiequ jirreġistraw l-isem tat-tarbija tagħhom bit-tipa Maltija, kif ukoll dawk li jixtiequ jagħmlu korrezzjoni minuri għal isimhom, se jkunu jistgħu jagħmlu dan fil-ġimgħat li ġejjin.” Nistennew u nilqgħu b’sodisfazzjon din il-bidla.

    Agħfas hawn biex taqra l-istqarrija mis-Segretarjat Parlamentari għaċ-Ċittadinzanza u Komunitajiet.

     

    L-ISTQARRIJA GĦALL-ISTAMPA MILL-AKKADEMJA TAL-MALTI

    L-Akkademja tal-Malti qrat l-aħbar li l-ġenituri  li jagħżlu li jsemmu lil uliedhom b’isem Malti qed ikollhom jirreġistrawh ħażin għax ir-Reġistru Pubbliku għad m’għandux sistema moderna li biha l-ismijiet tat-tfal ikunu jistgħu jinkitbu bl-ittri tal-Malti li ma jinstabux fl-alfabett Ingliż. Dan l-ilment ġenwin mhux l-ewwel darba li sar u li ssemma fl-aħbarijiet.

    L-Akkademja  tfakkar li l-alfabett uffiċjali tal-Malti ġie rikonoxxut mill-Gvern 86 sena ilu. B’xorti ħażina r-Reġistru Pubbliku baqa’ m’aġġornax ruħu f’dan ir-rigward, minkejja li fl-aħħar snin tħabbar li dan kien se jsir.

    Għaldaqstant l-Akkademja titlob lis-Segretarju Parlamentari l-Onor. Alex Muscat, responsabbli mir-Reġistru Pubbliku, biex jieħu passi minnufih ħalli din il-problema tissolva mill-aktar fis possibbli għall-ġid tal-ġenituri u f’ġieħ l-ilsien nazzjonali.


     

Ħalli kumment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.