Il-Horizons jippreżentaw l-ewwel bijografija tal-Kanonku Fortunato Panzavecchia (1797-1850), kitba ta’ David Agius Muscat
Fil-ktieb tingħata informazzjoni fuq:
(i) il-ħidma minn wara l-kwinti ta’ Panzavecchia bħala l-ewwel direttur tal-edukazzjoni,
(ii) gazzetti li sal-lum ma konniex nafu li kien kitibhom hu,
(iii) manuskritti ta’ kotba għall-istudenti li baqa’ ma ppubblikahomx
(iv) il-grammatika tiegħu tal-Malti, u
(v) żewġ dizzjunarji tal-Malti llum mitlufin u li sibna biċċiet mill-manuskritti tagħhom.
L-informazzjoni nġabret wara 15-il sena studju fuq l-40,000 folja manuskritta ta’ Panzavecchia, inklużi d-djarji privati tiegħu, minn arkivji lokali u barranin.
Ordna l-ktieb illum u jġibuhulek id-dar.
Tista’ tagħmel l-ordni tiegħek billi tikteb ittre f’info@horizons.com.mt jew iċċempel 21 44 16 04.