Għeluq il-Mitt Sena mit-Twaqqif tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti

Għaddew mitt sena! Kien il‑jum tal‑14 ta’ Novembru 1920 meta tajfa ta’ kittieba wieġbu għas‑sejħa ta’ Franġisk Saver Caruana u ltaqgħu fl‑Unione Cattolica San Giuseppe fil‑Belt Valletta. Kienu jgħoddu sitta u tletin kittieb u nġabru bil‑għan li jsir studju dwar l‑ortografija u li jissawwar alfabett li jibda jużah kulħadd. Awturi oħrajn qablu magħhom fil‑ħsieb u bagħtu l‑appoġġ tagħhom bil‑kitba.

Il‑Kummissjoni li ħatret dik il‑laqgħa ppreżentat il‑fehmiet tagħha fil‑laqgħa ġenerali tat‑18 ta’ Diċembru 1921. Sabiex jitwettqu l‑għanijiet tal‑Għaqda kien jeħtieġ li jkun hemm statut li tressaq u ġie approvat fil‑laqgħa tas‑7 ta’ Mejju 1922. F’dik il‑laqgħa nħatar l‑ewwel Kumitat. Il‑pass li jmiss kien li toħroġ il‑grammatika tagħha li dehret fl‑1924 bit‑titlu Tagħrif fuq il‑Kitba Maltija. Fl‑1 ta’ Novembru ta’ dik is‑sena nħatret kummissjoni biex tibda toħroġ ir‑rivista Il‑Malti li beda joħroġ fl‑1925.

Fl‑1932 il‑Gvern għaraf uffiċjalment l‑ortografija tal‑Għaqda u bdiet tintuża fl‑iskejjel u fl‑1 ta’ Jannar 1934 għaraf uffiċjalment l‑alfabett u l‑ortografija tagħha. Din kienet l‑akbar rebħa tal‑Għaqda tal‑Kittieba tal‑Malti, illum magħrufa bħala l‑Akkademja tal‑Malti.

Kif wegħedna, mhux se nonqsu milli niċċelebraw dan l‑anniversarju kif inhu xieraq. Il‑Kunsill ħa ħsieb jagħżel l‑aħjar proposti li tressqu mill‑imsieħba. Fost dawn insibu:

  • Ħarġa speċjali ta’ Il‑Malti li tiġbor il‑ġrajja tagħna, il‑ħidma li għaddejja u l‑isfidi quddiemna
  • Ċirkulari stampata bl‑attivitajiet li saru matul dawn l‑aħħar għaxar snin
  • Wirja organizzata ma’ Heritage Malta dwar l‑ilsien Malti – mill‑bidu sal‑għarfien uffiċjali u pubblikazzjonijiet marbutin magħha
  • Intervisti mal‑awturi tas‑sittinijiet (kofinanzjati mad‑Dipartiment tal‑Malti) li kif jitlestew ikunu aċċessibbli mill‑istazzjon tal‑Akkademja fuq YouTube
  • Memorabilja: werrejja, pinna u l‑pendrive kommemorattivi għall‑membri
  • Jingħata ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ fl-14 ta’ Novembru 2020
  • Jitnieda l‑proġett tal‑ittri mill‑alfabetti qodma tal‑Malti
  • Quddiesa u żjara lill‑oqbra tal‑kittieba fiċ‑Ċimiterju tal‑Addolorata

One thought on “Għeluq il-Mitt Sena mit-Twaqqif tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti

  1. Nizzikhajr tat-taghrif imwassal minnek, f’gheluq il-mitt sena mit-Twaqqif ta’ l-Ghaqda tal-Kittieba tal-Malti. Centinarju ta’ gieh u gid bla tarf, mimli mhabba lejn l-ghaziz ilsienna. Grazzi mill-qalb.

    B’Imhabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.