Fuq il-passi ta’ Vassalli

Fil-25 ta’ Jannar 2019 il-President ta’ Malta flimkien mal-Klabb Kotba Maltin u l-Akkademja tal-Malti se jniedu l-ktieb Fuq il-Passi ta’ Vassalli li jiġbor fih l-aħħar riċerka li saret minn studjużi magħrufa fuq Missier l-Ilsien Malti.

 Din il-pubblikazzjoni ta’ 460 paġna tiġbor fiha sitta u tletin kontribuzzjoni li jitfgħu dawl ġdid fuq Vassalli, fosthom il-ħarba mill-ħabs fi żmien l-Ordnimeta kien fil-Gwardja Nazzjonali fi żmien il-Franċiżi, kif qatta’ parti mill-eżilju f’Majorka u li l-Cambridge University Press kienu se jippubblikawlu t-tieni grammatika. Il-volum jinkludi wkoll għadd sabiħ ta’ ritratti li jinkludu dokumenti u riproduzzjoni bil-kulur ta’ ktejjeb rari (u ftit magħruf). Dettalji bijografiċi ta’ Vassalli flimkien mal-għejun tagħhom jikkumplimentaw dan il-ktieb li għandu jkun f’idejn l-istudjużi tal-Malti kif ukoll dawk li għandhom għal qalbhom l-Istorja ta’ pajjiżna.

 Fuq il-Passi ta’ Vassalli huwa pubblikazzjoni tal-Klabb Kotba Maltin u qed jinbiegħ bil-prezz speċjali ta’ €39 għal dawk li jabbonaw minn issa. Il-prezz tal-ktieb fil-ħwienet se jkun €45

 

Ħalli kumment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.