Kif jitlob l-istatut bl-emenda li saret fl-aħħar Laqgħa Ġenerali tas-7 ta’ Awwissu 2015 (artiklu 5.8.1) il-Kunsill qed isejjaħ din il-Laqgħa Ġenerali Ordinarja biex jiġu approvati r-Rapport Amministrattiv u r-Rapport Finanzjarju. L-elezzjoni għall-Kunsill li jmiss issir is-sena d-dieħla kif jitlob l-istess artiklu tal-istatut.
L-aġenda tal-Laqgħa Ġenerali, kif jitlob l-istatut f’kap. 5.9 hija din:
- Il-qari tal-minuti tal-aħħar Laqgħa Ġenerali mis-Segretarju, u l-approvazzjoni tagħhom
- Il-qari tar-rapport amministrattiv mis-Segretarju
- Il-qari tar-rapport finanzjarju mit-Teżorier
- Id-diskors tal-President
- Il-ħatra ta’ żewġ awdituri approvati mill-maġġoranza tal-Membri preżenti
Id-diskussjonijiet imressqa mill-membri preżenti dwar punti li jitqajmu waqt il-laqgħa.