Niżżikom ħajr ta’ dan it-tagħrif anness. Ċertament naqbel li l-inviti tat-tieġ isiru bil-Malti ġaladarba l-għarajjes ikunu Maltin u minn familji Maltin. Immexxiha din bla dubju ta’ xejn. L-Ilsien Malti m’għandu xejn inqas minn ilsna oħrajn.
Dan intom diġa’ tafuh u taħdmu għalih, ħafna, ħafn’iktar minni u niżżikom ħajr minn qalbi ta’ dan.
Min jiżżewweġ bil-Knisja, ir-rit reliġjuż isir bil-Malti (dejjem qed ngħid f’qagħda ta’ għarajjes u familji Maltin) u fiż-Żwieġ Ċivili suppost isir hekk ukoll. Mill-esperjenza tiegħi, jiena meta żżewwiġt l-ewwel biċ-Ċivil (l-Insinwa) imbagħad tliet xhur wara bil-Knisja, iż-żewġ riti kienu bil-Malti u l-inviti bil-Malti konn’ għamilnihom. Prosit tal-inizjattiva li ħadtu.

Għandna xorti għandna lsien, gżira daqs nitfa!!!
B’Imħabba:
mario
LikeLike