Ir-rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ

premjuL-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħabbru li r-rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2015 huma Rita Saliba bil-manuskritt tagħha ‘Il-kulur tal-lellux’ u Roberta Bajada bil-manuskritt ‘Termini u Kundizzjonijiet Japplikaw’. Nifirħulhom, speċjalment lil Rita Saliba, membru fil-kunsill tal-Akkademja tal-Malti li rebħet dan il-premju għat-tielet darba. Rekord tassew sabiħ!

Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni saret nhar il-Ħamis, 11 ta’ Frar, 2016 fil-‘Youth Village’ ta’ Aġenżija Żgħażagħ f’Santa Venera u kienet preseduta mill-Onor. Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka u Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport.

Kull sena, l-Aġenzija Żgħażagħ flimkien mall-KNK jorganizzaw dan il-konkors li jagħżel, jippremja u jippubblika rumanzi bil-Malti miktuba għal qarrejja adolexxenti. Huwa konkors miftuħ għal kittieba minn għoxrin sena ‘l fuq u l-manuskritti jridu jindirizzaw adolexxenti bejn it-13 u 18-il sena. Sottomissjonijiet għal dan il-konkors jesploraw temi relatati mas-sitwazzjonijiet varji li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ f’dak il-perjodu ta’ ħajjithom. Żewġ rebbieħa jintgħażlu għal kull edizzjoni tal-konkors u xogħolhom jiġi ppubblikat.

Ħalli kumment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.