Proċess Miftuħ u Demokratiku dwar l-Ilsien Malti

It-tieni stqarrija tal-istituzzjonijiet u l-għaqdiet tal-Malti

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, fi stqarrija tal-4 ta’ Diċembru, ried iserrħilna rasna li ħoloq kumitat biex isaħħaħ il-Liġi tal-Ilsien Malti. Iżda l-Ministru ma spjegax għaliex dan għamlu minn wara dahar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, entità awtonoma mwaqqfa mill-Parlament Malti b’unanimità.

Fis-sajf il-Ministru fetaħ konsultazzjoni pubblika b’dokument għad-diskussjoni mimli żbalji u inkoerenzi. Dan ukoll għamlu minn wara dahar il-Kunsill tal-Malti li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu stess.

Fil-Forum Nazzjonali tas-7 ta’ Novembru li sar b’inizjattiva tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, il-proposti li ngħataw minn 200 ruħ minn firxa wiesgħa ħafna ta’ nies f’diskussjoni miftuħa u demokratika kienu l-oppost ta’ dak li ħabbar il-Ministru ftit minuti wara fi tmiem l-istess forum.

Id-diskussjoni fil-Forum dwar “Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti: Ilbieraħ, Illum u Għada” tmexxiet minn Dr Carmen Sammut u r-rapport uffiċjali dwarha sar minn Dr Mario Thomas Vassallo. Aħna nistennew li l-Ministeru jimxi fuq il-proposti li ħarġu minn din id-diskussjoni u xejn iżjed. Il-Forum irrikonoxxa l-ħidma “tassew impressjonanti” tal-Kunsill fl-ewwel għaxar snin, ħidma “mifruxa f’diversi oqsma li ħolqot kuntatt ma’ diversi setturi tal-politika, l-ekonomija u s-soċjetà,” iżda qal li l-Kunsill irid juri iżjed lill-pubbliku x-xogħol li qed jagħmel.

Il-Forum Nazzjonali insista li “l-Kunsill tal-Malti għandu jibqa’ kunsill regolatorju li wara proċessi ta’ konsultazzjoni wiesgħa jieħu d-deċiżjonijiet li jkunu jorbtu b’liġi.” Qal ukoll li “l-formazzjoni tal-membri tal-Kunsill għandha tibqa’ awtonoma u ħielsa mill-indħil politiku.” Dawn għalina huma stqarrijiet fundamentali.

Il-Forum wasal għal numru ta’ konklużjonijiet importanti oħrajn:

  1. Il-liġi tistipula t-twaqqif taċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Malti. Peress li dan għadu ma sarx, għandha tingħata importanza biex isir progress f’dan il-qasam.
  2. Għandu jsir sforz mill-ġdid biex fil-Kunsill jitwaqqaf sottokumitat għall-bżonnijiet tal-Maltin li jgħixu barra.
  3. Għandhom jissaħħu l-isforzi biex jintlaħqu l-barranin f’pajjiżna biex jitgħallmu l-Malti. Dan għandu jkun pern kruċjali fil-politika ta’ integrazzjoni li qiegħda titfassal.
  4. Il-konsultazzjoni tal-Kunsill tal-Malti mal-istituzzjonijiet Ewropejtat-traduzzjoni għandha ssir permezz tal-ħatra ta’ żewġ rappreżentanti, wieħed għal kull naħa, biex tissaħħaħ il-komunikazzjoni bejniethom.

Aħna bħala istituzzjonijiet u għaqdiet li naħdmu favur l-iżvilupp tal-Malti bħala lingwa moderna nistennew li l-Ministru tal-Edukazzjoni jirrispetta l-proċess miftuħ u demokratiku li nieda hu stess flimkien mal-Kunsill tal-Malti skont kif titlob il-liġi u jimxi mal-konklużjonijiet tal-Forum Nazzjonali.

Aħna m’għandna ebda fiduċja fid-deċiżjoni tiegħu li jwaqqaf kumitat ta’ erbgħa min-nies magħżulin minnu. Għandna fiduċja f’Kunsill Nazzjonali awtonomu u rappreżentattiv u fil-proċess miftuħ u demokratiku tal-Forum Nazzjonali dwar l-Ilsien Malti li fih ġie diskuss il-preżent u l-futur tal-Malti fil-miftuħ.

Din l-istqarrija qed tinħareġ minn dawn l-għaqdiet u l-istituzzjonijiet:

L-Akkademja tal-Malti

L-Għaqda tal-Malti – Università

L-Għaqda tal-Qarrejja tal-Provi

Id-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta

L-Istitut tal-Lingwistika tal-Università ta’ Malta

Id-Dipartiment tal-Malti tal-UOM Junior College

 

 

 

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

2 Responses to Proċess Miftuħ u Demokratiku dwar l-Ilsien Malti

  1. salv sammut says:

    Naqbel perfettament mal-istqarrijiet kollha li ħarġu mill-entitajiet tal-Malti kontra il-proposta ta’ kumitat ieħor minn wara dahar il-Kunsill Nazzjonali tal-Malti. Jekk dan il-kumitat jinħoloq, ikun ifisser li l-forum li sar fis-7 ta’ Novembru kien kollu ħela ta’ ħin prezzjuż u mogħdija taż-żmien mill-Ministru nnifsu biex jgħid li saret konsultazzjoni fejn wara rema’ din il-konsultazzjoni kollha.

    Like

  2. Din l-istqarrija mill-Akkademja tal-Malti (korp li jiena kont mahtur fih b’Membru Akkademiku sa ma rrizenjajt minn jeddi) tixhed BISS eghbusija tar-ras u arroganza.

    Il-ftahira fjakka ta’ konsultazzjoni wiesa’ hija finta ghaliex mitejn ruh biss ma jikkostitwixxux l-opinjoni pubblika tan-Nazzjon Malti. Barra minn dan, ambjenza ta’ Forum fil-maghluq bejn erba’ hitan hija biss dewqa tal-bidu sabiex tistimula interess u partecipazzjoni usa’ mill-poplu. F’din l-ambjenza fizikament maghluqa jistghui oisiru nosta abbuzi bhal: bizgha minn certi individwi li forsi jisthu jitkellmu fil-berah u/jew jibzghu mit-tpattija; hemm min ma jinqalax biex jitkellemj fil-miftuh; hemm min mhuz kapaci jartikula fehmtu; ohrajn bhali li jghixu barra, minkejja li kellna l-opportunita’ nissottomettu l-ideat taghna kif ghamilt jien, m’ghadhomx il-lussu li jisimghu x’inhuwa jinghad u lanqas biex iwiegbu fil-hin; jista’ jsir abbuz billi intom (kif nifhem li sar) tistakkjaw (ghabbejtu) il-forum b’nieskom; eccetra.

    Huwa car li mhux biss dahlet xizma kerha fin-nofs – qasma akbar minn tal-Kustjoni tal-Lingwa – izda intom determinati li tghaddsu raskom minkejja kollox, sahansitra r-rispett lejn il-lingwa indigena nazzjonali tal-poplu Malti KOLLU!

    Roderick (Rigu) Bovingdon

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s