Żewġ taħditiet b’rabta mal-450 anniversarju tal-Assedju l-Kbir organizzati mill-Akkademja tal-Malti bi sħab ma’ Heritage Malta

Data 20 ta’ Novembru 2015
Ħin 7.00pm
Post Is-Sala tal-Arazzi tal-Palazz tal-President, il-Belt

Dħalna t-teatru: Rosato jimmarċja l-Maltin u l-Kavallieri għal fuq it-Torok

L-ewwel dramm bil-Malti li nafu li ttella’ u li għandna t-test tiegħu huwa Katarina ta’ Luigi Rosato (1839), xogħol li jirrakkonta fid-dettall episodji mill-Assedju l-Kbir u jipprovdi ritratt tajjeb tad-direzzjoni li kien qed jieħu n-nazzjonaliżmu f’Malta fl-ewwel snin tal-ħakma kolonjali Ingliża. L-għażliet li jagħmel Rosato jsiru partikularment interessanti meta nifhmuhom fil-kuntest tal-istorja tal-kultura tagħna, jiġifieri fil-bidu tar-Romantiċiżmu u fl-istadju bikri tal-ħidma biex il-Malti jsir strument leġittimu tal-kultura. F’dan id-dawl, id-dramm ta’ Rosato dwar l-Assedju jikseb importanza sproporzjonata mal-valur estetiku tax-xogħol.

Dr Marco Galea
School of Performing Arts, l-Università ta’ Malta

L-Assedju

“Tebaq fwiedna le niswew.” L-Assedju l-Ġdid skont Juann Mamo

juann-mamoFil-kitbiet tiegħu fil-ġurnali Maltin ippubblikati Malta u ta’ barra fis-snin għoxrin tas-seklu, Juann Mamo jinqeda bin-narrattiva erojka tal-Assedju l-Kbir biex jikkummenta dwar il-qagħda f’Malta fi żmienu, speċjalment wara li twaqqaf l-ewwel parlament Malti, b’Assemblea Leġiżlattiva u Senat, u l-ewwel gvern responsabbli Malti fl-1921. Dawn l-ewwel rappreżentanti tal-poplu li suppost qed jiggvernaw lil Malta, “il-Qarreqin,” “is-Sangisugi,” kif isejħilhom Mamo, “Flus iridu, bini jridu, vilel, renti, banek, raba’ ċens, flus, flus, u jekk twiddibhom ikunu lesti jisħtuk!” Minn naħa, Mamo donnu jaċċetta n-narrattiva dominanti dwar l-Assedju u Ġanni l-Vallett, minkejja li jironizza dwar ir-rappreżentazzjoni letterarja tagħha, u min-naħa l-oħra jeħodha qatta bla ħabel kontra l-ewforija marbuta mal-ġrajjiet politiċi storiċi tal-1921. U sadattant jikxef, għal darb’oħra, is-simpatija tiegħu lejn il-kolonjaliżmu Ingliż. Fit-taħdita se jsir riferiment kemm għall-kitbiet straordinarji ta’ Juann Mamo fil-gazzetti li nġabru dan l-aħħar minn Jessica Micallef, kif ukoll għan-novelli li nġabru minn Mark Vella (KKM 2010) u r-rumanz Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka (SKS 2013).

It-taħdita ta’ Dr Adrian Grima se tħares lejn il-fehmiet espressi minn Juann Mamo fuq medda ta’ snin dwar l-Assedju l-Kbir u l-effetti tiegħu fuq dak li kien qed iseħħ fi żmienu. Il-kwotazzjoni fit-titlu tat-taħdita tiegħu, “Tebaq fwiedna le niswew,” hija meħuda minn artiklu li Mamo kiteb fil-gazzettaProgress (8 ta’ Settembru, 1922, 4), bl-isem ta’ “Facra u Sejha lill Misserijietna li fl-Imuiet.” Kif tispjega Jessica Micallef fl-appendiċi tat-teżi tagħha tal-Masters dwar il-kitbiet ta’ Mamo fil-gazzetti, l-espressjoni “ma niswewx tebaq fwiedna” tfisser li m’aħna tajbin għal xejn.

Dr Adrian Grima
Id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti, l-Università ta’ Malta

 

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

2 Responses to Żewġ taħditiet b’rabta mal-450 anniversarju tal-Assedju l-Kbir organizzati mill-Akkademja tal-Malti bi sħab ma’ Heritage Malta

  1. Joseph Borg says:

    Fejn jista wiehed jaqra dak li kitbet Jessica Micallef dwar il kitbiet ta Juan Mamo ?

    Like

  2. Mario Griscti says:

    Niżżikom ħajr tat-tagħrif dwar l-interpretazzjonijiet varji dwar l-Assedju l-Kbir ta’ Luigi Rosato u Juann Mamo, rispettivament.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s