Id-Dibattitu Preżenti huwa Sintomu ta’ Lingwa Sana

Shower jew xawer? Chatting jew ċetting? Fuel jew fjuwil? Diesel jew diżil? Washing machine jew woxing maxin? Cake jew kejk? Bħalissa, u bir-raġun, għaddej dibattitu sħiħ fuq kif il-Malti mitkellem qed jiġi rifless fil-Malti miktub bir-regoli uffiċjali tal-lingwa Maltija jiġu mibdula spiss skont il-ħtiġijiet tal-iżvilupp tal-istess lingwa. Fir-rigward ta' dan id-dibattitu hemm żewġ skejjel ta' ħsieb …

Olandiż jew Netherlandiż?… Il-Kunsill tal-Malti jiċċara

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti qal li jagħraf li l-Olanda hi l-aktar forma komuni mal-Maltin u bl-ebda mod mhu jissuġġerixxi lill-Maltin biex jużaw in-Netherlands u Netherlandiżi minflok l-Olanda u l-Olandiżi. Dawn jistgħu jibqgħu jintużaw f’kull kuntest li mhuwiex politiku jew legali. Fi stqarrija l-Kunsill qal li jixtieq jiċċara li l-għażla tiegħu għall-isem “Netherlands” fil-lista bl-ismijiet tal-pajjiżi …

IL-MALTI LXXXVIII – ħarġa akkademika (2015)

Dalwaqt ikun f'idejn l-imsieħba tal-Akkademja. F'din il-ħarġa nsibu dawn l-istudji: "Ġużè Ellul Mercer: vuċi u spalla għar-ruħ fi kriżi" ta' Olivia Borg; "Il-ġens grammatikali fil-Malti f'kuntest tipoloġiku u psikolingwistiku" ta' Dr George Farrugia; "Il-vokali 'i' fil-bidu ta' kliem rumanz: etimoloġika jew tal-leħen?" ta' Reno Fenech; "il-pronunzju tas-suffiss pronominali '-aha': studju soċjolingwistiku" ta' Christina Sammut; "L-arti …

Id-dizzjunarju li baqa’ ma ħareġ qatt

Fl-1820, ftit xhur wara li Vassalli rritorna mill-eżilju, stampa “reklam” għad-dizzjunarju li kien bi ħsiebu jippubblika. Fir-reklam, twil elf kelma, isemmi ħafna affarijiet: x’kien ġralu Ruma meta daħal Napuljun, ir-ritorn Malta malajr malajr, il-ħruq tal-librerija privata f’Ħaż-Żebbuġ fi żmien l-Imblokk... Min irid jaqra fuqu, għada l-Ħadd 24 ta’ Mejju jixtri l-Malta Independent on Sunday. Fir-ritratt …

L-Ismijiet tal-Widien f’Malta

RAMBLERS’ ASSOCIATION (MALTA) tixtieq tistiednek għal TAĦDITA PUBBLIKA bil-Malti dwar L-Ismijiet tal-Widien f 'Malta: xi kurżitajiet ambjentali u lingwistiċi. minn Simon Salafia Nhar it-Tnejn, 25 ta’ Mejju fis-6.00 p.m. f’ ‘Dar l-Ewropa’, 254, Triq San Pawl, Valletta. KULĦADD MISTIEDEN

A new Latin-Arabic document for Malta and Gozo (Queen Constance, November 1198) and the history of the Maltese archipelago from the 7th to the 13th centuries

  Lecture organized by the Archaeological Society Malta Date: Wednesday 20 May Time: 6 pm Place: Aula Magna, Valletta Campus, University of Malta Professor Jeremy Johns Professor of the Art and Archaeology of the Islamic Mediterranean Director, Khalili Research Centre for the Art and Material Culture of the Middle East, University of Oxford Fellow of Wolfson College …

Fl-2017: il-200 anniversarju mit-twelid ta’ Ġan Anton Vassallo

Id-Dipartiment tal-Malti tal-Università, flimkien mal-Akkademja tal-Malti u l-Għaqda tal-Malti - Università qed jaħdmu bi sħab biex ifakkru lill-poeta Ġan Anton Vassallo, il-poeta ewlieni tas-Seklu Dsatax u prekursur ta’ Dun Karm, il-Poeta Nazzjonali. Ġan Anton Vassallo kien Professur tat-Taljan fl-Università ta’ Malta u jibqa’ magħruf għall-epika tiegħu "Il-Ġifen Tork" u poeżiji liriċi bħal "Tifħira lil Malta", …

“B’għaqlu ġieb li hu jaħkem fuq l-oħrajn.” Modern Maltese Literature’s Colonial Baggage

    Nhar l-Erbgħa, 6 ta' Mejju 2015, 6-7pmOn Wednesday 6 May, WIPSS continues its theme of Postcolonial Theory and Contemporary Research, with a seminar by Dr. Adrian Grima entitled “B’għaqlu ġieb li hu jaħkem fuq l-oħrajn.” Modern Maltese Literature's Colonial Baggage.  Despite the political, cultural and literary ferment in neighbouring Mediterranean former colonies in …

MARLENE MIFSUD CHIRCOP hija l-mistiedna speċjali fil-programm NWAR ta’ għada l-Ġimgħa, 1 ta’ Mejju 2015. Radju Malta 1 fis-7.00pm / 93.7FM

Marlene Mifsud Chircop, għalliema u riċerkatriċi indipendenti, ħadmet mal-folklorista Ġuże Cassar Pullicino u mal-mejjet żewġha, il-folklorista antropoloġiku Ġorġ Mifsud Chircop. Wara l-ewwel teżi tagħha “Il-Folklor fir- Rumanz Storiku/Romantiku Malti” (1972) u t-tieni “A Motif-Index of the Maltese Folktale” għall-M.A., kompliet bir-riċerka fin-narrattiva popolari, fl-irrakkuntar u fl-għana Malti, illum il-ġurnata b’mod speċjali l-element kulturali u soċjali …