Oliver u jien ta’ Paul P. Borg

Hu riżultat tal-ħbiberija sinċiera bejni u l-Professur Oliver Friggieri. Għożżejna l-istess ideali, argumentajna, fraħna u tnikkitna flimkien. Minn żgħażagħ imħabbtin bil-karriera tagħna u sikwit bogħod f’pajjiżi oħrajn, xjaħna naraw jekk il-ħolm qattx isir realtà.

F’għeluq is-sebgħin sena tiegħi insista ma’ wliedi minn wara dahri biex ma jħallux l-okkażjoni tgħaddi bla ma jiċċelebraw lil missierhom bħala kittieb. Marid mejjet ġie l-Palazz u ried jitkellem tabilfors dwar kitbieti. L-imħabba bejn il-ħbieb ma tafx limitu. Dal-ktieb hu xhieda umli ta’dan.

Barra minn hekk, xi ħwejjeġ li qalli waqt taħditiet li rrekordjajna flimkien ma nistax inżommhom għalija waħdi. Ħajr lill-pubblikaturi HORIZONS ta’ dan il-ktieb ġdid tiegħi.

“Paul, meta jirrakkonta, jirrakkonta bħala poeta,
b’mod sentimentali, b’mod li juri li Malta qiegħda
tagħmel verament żball fatali.

Jimporta ngħid hekk, Paul, jew le, jew qed inkun politiku b’dan?

Qed inkun Laburista u Nazzjonalista?

X’inhu dan?

M’hemmx kuluri fl-ambjent.

L-ambjent qed jinqered.”

(Oliver Friggieri lill-awtur, Diċembru, 2019)