F’għeluq il-150 mit-twelid ta’ Anastasju Cuschieri

Nhar it-Tlieta 27 ta’ Lulju, l-Akkademja tal-Malti fakkret għeluq il-150 sena mit-twelid ta’ Patri Anastasju Cuschieri, magħruf bħala l-Poeta tal-Madonna u tal-Kelma Maltija.

Il-kommemorazzjoni saret bi sħab bejn l-Akkademja u l-Istitut Karmelitan fil-kannierja tal-Knisja tal-Karmnu, l-Imdina. Il-programm kien jinkludi żewġ diskorsi minn Dr Sergio Grech u Rev. Prof. Charló Camilleri, qari ta’ poeżiji minn Rita Saliba u Daniel Attard u siltiet mużikali minn Elena Muscat.

L-Akkademja tirringrazzja lil dawk kollha li għoġobhom jattendu.

Grazzi lil Nirvana Marie Azzopardi għar-ritratti.