Tiftix u Taqtigħat – L-ispiritwalità ta’ Mario Azzopardi
Is-Sibt ~ 24 ta’ Frar 2024 ~ fid-9am ~ Aula Prima, Valletta Campus
Id-Dipartiment tal-Malti, l-Istitut Karmelitan u l-Akkademja tal-Malti organizzaw seminar ta’ ġurnata dwar il-ġabra Epistoli mid-Deżert ta’ Mario Azzopardi. F’dan is-seminar, diversi kelliema analizzaw sezzjoni partikolari kull wieħed minn din il-ġabra, maħruġa minn Horizons proprju għaxar snin ilu. Il-kelliema waqt dan is-seminar kienu George Farrugia, Charlo Camilleri, Keith Borg, Adrian Grima, Immanuel Mifsud, Pat Gatt, Charles Briffa u Glen Attard. Is-seminar, miftuħ għall-pubblku ġenerali, sar is-Sibt 24 ta’ Frar 2024, fl-Aula Prima, fil-bini tal-Università fil-Belt, fid-9am.



































