Is-sehem letterarju ta’ Walter Zahra fl-Eġittu

L-Erbgħa, id-29 ta’ Marzu, fis-6pm, Dar l-Ewropa, il-Belt Valletta

Fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, Walter Zahra miż-Żejtun u impjegjat tat-Tarzna, sab ruħu fl-Eġittu fuq xogħol. Barra li qeda dmirijietu, skont il-ħtiġijiet tal-Imperu Ingliż, Walter grazzi għall-ħbiberija tiegħu ma’ nies bħal Ivo Muscat Azzopardi daħal b’ruħu u ġismu fil-komunità Maltija u ħadem bla heda favur il-Malti u l-letteratura tiegħu. Fit-taħdita se naraw din il-ħidma kif issarrfet kemm f’kitba, teatru, ġurnaliżmu u fl-għaqdiet tal-Maltin fl-Eġittu.