Nhar it-Tnejn, 15 ta’ Marzu fil-5.30pm
Il-ħolqa biex issegwi t-taħdita:
Agħfas HAWN
L-Akkademja tal-Malti tistiednek għal żewġ taħditiet b’tifkira f’ġieħ Prof. Oliver Friggieri, f’xahar twelidu:
P. Charlò Camilleri: Pawlu ta’ Malta: Bejn il-loġika u l-mit fil-kelma, fil-kitba, u fir-raġuni f’Pawlu ta’ Malta
Dr Immanuel Mifsud: Il-Klandestin f’Pawlu ta’ Malta
Fl-intervent tiegħu, Dr Immanuel Mifsud se jiffoka fuq l-element ta’ klandestinità fl-oratorju, li l-effett tagħhom iressaq il-ħsieb ta’ Friggieri lejn determiniżmu divin li jikxef orkestrazzjoni sħiħa f’dak kollu li ġara fil-vjaġġ aħħari ta’ Pawlu. B’dan il-mod, jittanta joħroġ is-sinjali tad-determiniżmu determinanti ta’ klandestinità determinata.
