
Għall-ewwel darba fl-istorja tagħha, il-Laqgħa Ġenerali tal-Akkademja tal-Malti saret online u ħadu sehem fiha ħafna mill-imsieħba tagħha, anke minn barra minn Malta. Nirringrazzjaw lil kull min ħa sehem u napprezzaw il-proposti li tressqu waqt id-diskussjoni. Il-Kunsill iwiegħed l-impenn sħiħ tiegħu biex il-ħidma tkompli fix-xhur li ġejjin.
Nieħu gost li din il-laqgħa rnexxiet. Kelli l-ħsieb li nkun magħkom imma kif jgħid il-Malti, il-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi. Jiddispjaċini. Basta kollox mar see.
Tislijiet
Doris Zammit
LikeLike
Niżżikħajr mill-qalb tat-tagħrif. Nammira bosta affarijiet f’L-Akkademja tal-Malti, u fost dawn, illi dejjem imxiet maż-żminijiet, filwaqt li baqgħet iżżomm l-ideali tagħha ta’ tiġdid,titjib,tagħlim,tagħrif,difiża ta’ lsienna, fuq quddiemnett ta’ l-aġenda tagħha. Din qatt ma kienet ħidma ħafifa imma l-bastiment dejjem kellu kaptani u baħrin ta’ ħila. Grazzi mill-qalb, u Tislijiet:
B’Imħabba:
mario
LikeLike
Nixtieq nifraħ u nirringrazzja ‘l-Akkademja tax-xogħol siewi li qiegħda twettaq, ħafna drabi minn wara l-kwinti u mingħajr daqq ta’ fanfari, bħalma ntwera fit-tagħrif li ngħata waqt il-laqgħa ġenerali li għall-ewwel darba saret online.
Prosit minn qalbi, u saħħiet.
John Caruana
LikeLike