Xpatapumm

F’dawn il-ġimgħat ta’ lockdown, fejn ġenituri u għalliema kellhom jorganizzaw ruħhom b’mod differenti ħafna biex ikomplu jipprovdu riżorsi lill-istudenti, Merlin Publishers qed jagħmlu ħilithom biex jagħtu l-kontribut tagħhom ħalli t-tfal ikollhom aċċess għall-Malti mitkellem. U hekk twieled Xpatapumm!

Xpatapumm! Kotba u paroli għat-tfal huwa l-ewwel podcast bil-Malti għat-tfal – naturalment kollu kemm hu aċċessibbli bla ħlas. L-ewwel sensiela bdiet diġà, u joħroġ episodju ġdid kull nhar ta’ Tlieta.

Kull episodju jinkludi konverżazzjoni qasira bil-Malti, kif ukoll qari ta’ stejjer minn ktieb Malti differenti kull ġimgħa.

Il-podcast hu ppreżentat mill-Merlin flimkien mal-awtriċi magħrufa Clare Azzopardi, u f’varji episodji se jkun hemm wkoll awturi oħrajn mistednin speċjali li se jaqraw.

Numru ġmielu ta’ skejjel għażlu li jinkorporaw il-podcast Xpatapumm! fil-lezzjonijiet tagħhom u ħafna minnhom ħarġu b’ideat eċċellenti ta’ kif jagħmlu l-aħjar użu minn dawn il-podcasts:

  • jingħata lit-tfal biex jisimgħuh weħidhom wara ħin il-lezzjonijiet, ħalli l-għada jiġi diskuss online waqt il-lezzjoni tal-Malti
  • bħala smigħ ta’ Malti moqri u Malti mitkellem
  • bħala listening comprehension, fejn wara li t-tfal jisimgħu l-podcast isiru xi mistoqsijiet dwar il-kontenut
  • bħala spunt għat-taħdit bejn it-tfal
  • bħala spunt għal storytelling, fejn it-tfal jiġu mistiedna joħolqu kontinwazzjoni għall-istorja li tibda tirrakkonta Clare Azzopardi

Xpatapumm! jinsab fuq il-pjattaformi ta’ podcasting prinċipali, fosthom Spotify, Apple Podcasts, Breaker, Castbox, Google Podcasts, Overcast, Pocket Casts u RadioPublic. Però l-eħfef mod kif jiġi aċċessat huwa billi sempliċiment wieħed imur fuq il-paġna ddedikata għas-sensiela:

https://anchor.fm/merlinpublishers/

Hemmhekk jittella’ kull episodju immedjatament malli joħroġ, kull nhar ta’ Tlieta. Diġà ħarġu l-ewwel żewġ episodji u s-sensiela tkompli fil-ġimgħat li ġejjin, episodju fil-ġimgħa.

Fuq il-varji pjattaformi ta’ podcasting, wieħed jista’ wkoll jagħżel Subscribe/Follow għas-sensiela, biex żgur ma jitlifx episodji!

Ħalli kumment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.