Din is-sensiela fuq Vassalli se tlaqqagħna mar-riċerkaturi li ħadmu fuq aspetti differenti tal-ħidma politika u akkademika tiegħu. Vassalli kien promutur tal-ilsien Malti daqskemm ried iġib ’il quddiem is-sehem tal-Maltin fil-gvern tal-Ordni. Mill-banda l-oħra, ċerti deċiżjonijiet li ħa mhumiex ċari fi żmienna. Veru li kien irid isir qassis biex jisfrutta l-opportunità li jitgħallem l-Għarbi fl-istituzzjonijiet Kattoliċi? Jekk kien iħobb lil Napuljun, kif telaq ħabta u sabta minn Ruma malli sema’ l-istorbju tal-Franċiżi fuq l-għatba tal-Belt Eterna? Wara l-eżilju veru taha għan-negozju biss u abbanduna l-ħolm ta’ żgħożitu fuq ilsienna? Imma mbagħad, meta rritorna Malta 20 sena wara, għala l-ewwel ma ħaseb kien f’edizzjoni ġdida tad-dizzjunarju? U l-Maltin għala ma difnuhx f’ċimiterju tal-Knisja u seħtuh wara mewtu?

Programm msejjes fuq il-ktieb ‘Fuq il-Passi ta’ Vassalli’ ta’ Klabb Kotba Maltin f’kollaborazzjoni mal-Akkademja tal-Malti.

It-Tnejn fl-10:30am (R: Il-Ġimgħa fis-1:30pm, il-Ħadd fid-9:30am)

Ħalli kumment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.