Biex jitfakkar il-ħamsin anniversarju mindu Fr Mikiel Fsadni skopra l-Kantilena ta’ Pietru Caxaru, FARAXA Publishing tatna f’idejna t-tieni edizzjoni aġġornata ta’ Mark Montebello ‘Pietru Caxaru u l-Kantilena Tiegħu’. L-awtur se jkun qed jitkellem dwar studju ‘revoluzzjonarju’ li għadu kif temm dwar is-suġġett. Issegwi diskussjoni mmexxija mill-Prof. Toni Aquilina wara li tinqara l-‘għanja’ mill-Prof. Martin R. Zammit, skont ir-regoli fonoloġiċi tal-Malti Medjevali. Tagħlaq din is-serata Doreen Galea li se tkanta għal dawk preżenti l-Kantilena ta’ Pietru Caxaru akkumpanjata minn Dominic Galea.
Data – 7 ta’ April fis-6.30pm, Il-Kampus fl-Università.