
L-Akkademja tal-Malti, li s-sede tagħha hu “Dar Doreen Micallef” fil-qalba tal-Belt, qed tagħti ġieħ lil din il-poeta kumplessa bil-ħarġa ta’ żewġ kotba dedikati għaliha. Dan hu proġett li ilu jinħadem ħmistax-il xahar u issa se jkun għall-bejgħ waqt il-Bookfest ta’ din is-sena. L-ewwel ktieb jikkonsisti minn għadd kbir ta’ poeżiji mir-repertorju sostanzjali tal-poeta, fosthom uħud li qed jidhru għall-ewwel darba, bħall-poeżija twila
Psike li tista’ titqies bħala s-‘selfie’ poetiku tagħha. It-tieni ktieb jiġbor it-testi kollha li kienu nqraw minn diversi kritiċi u akkademiċi waqt konferenza dwarha fl-għaxar sena minn mewtha organizzata minn Dr Immanuel Mifsud.
Skont il-Professur Peter Serracino Inglott “Fil-poeżija ta’ Doreen Micallef teżisti proġettazzjoni interessanti ta’ bosta kunċetti preċiżi jew mera ċara ta’ ruħ il-poetessa”, waqt li l-Profesur Oliver Friggieri itenni li “Micallef tippreżenta l-kriżi tat-twemmin, bla ma tasal tagħżel bejn twemmin f’Alla u twemmin fil-bniedem… L-intimiżmu tagħha jitlaħħam fi lsien minnu nnifsu ripetittiv, ritwalistiku, litaniku … L-għadab hu rassenjat u l-kalma hi kemm kemm ironika daqskemm hi wkoll provokatorja.”
Like this:
Like Loading...
Related