Id-dizzjunarju li baqa’ ma ħareġ qatt

Fl-1820, ftit xhur wara li Vassalli rritorna mill-eżilju, stampa “reklam” għad-dizzjunarju li kien bi ħsiebu jippubblika. Fir-reklam, twil elf kelma, isemmi ħafna affarijiet: x’kien ġralu Ruma meta daħal Napuljun, ir-ritorn Malta malajr malajr, il-ħruq tal-librerija privata f’Ħaż-Żebbuġ fi żmien l-Imblokk…

Min irid jaqra fuqu, għada l-Ħadd 24 ta’ Mejju jixtri l-Malta Independent on Sunday.

is-sejbaFir-ritratt jidher Paul Catania, l-arkivista tal-parroċċa tan-Naxxar, li sab id-dokument. Maġenbu l-Prof. Frans Ciappara, li studjah. Il-Prof. Ciappara huwa l-awtur tal-bijografija Vassalli: An Enlightened Maltese Reformer (Midsea, 2014).

Ħalli kumment

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.