IL-KLIEM INGLIŻ FIL-MALTI: lejn reviżjoni tar-regoli. Seminar organizzat mill-Akkademja. Ħajr lill-Kunsill tal-Malti tax-xogħol siewi fuq ir-reviżjoni.
Nhar l-24 ta’ Marzu 2015, l-Akkademja tal-Malti flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Malti organizzaw seminar għall-membri tagħha, għall-awturi u l-pubblikaturi biex matulu jisimgħu x’qed jiġi diskuss fil-Kunsill tal-Malti u x’inhu l-akbar uġigħ ta’ ras li qed iżomm lill-Kunsill milli jiddeċiedi, illum qabel għada, fuq ir-reviżjoni tar-regoli tal-1984.